This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0135
Decision of the EEA Joint Committee No 135/2013 of 15 July 2013 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 345, 19.12.2013, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 135/2013
tal-15 ta’ Lulju 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/737/UE tas-27 ta’ Novembru 2012 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/753/UE tal-4 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar programmi ta’ sorveljanza għall-Finlandja u r-Renju Unit u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard fil-Finlandja u r-Renju Unit għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(4) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:
|
2. |
l-inċiż li ġej hu miżjud fil-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-parti 4.2:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/737/UE u 2012/753/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 329, 29.11.2012, p. 19.
(2) ĠU L 334, 6.12.2012, p. 48.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.