This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0134
Decision of the EEA Joint Committee No 134/2013 of 8 July 2013 amending Protocol 30 to the EEA Agreement, on specific provisions on the organisation of cooperation in the field of statistics
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2013 tat- 8 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2013 tat- 8 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
ĠU L 345, 19.12.2013, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 134/2013
tat-8 ta’ Lulju 2013
li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 (1) jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-2013 għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Ewropew tal-2013–17. L-allokazzjoni finanzjarja għall-perijodu li jkopri mill-2014 sal-2017 għadu jrid jintlaħaq qbil dwarha. |
|
(2) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE tal-2013 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u għall-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4 (Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)) tal-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE:
“Artikolu 5
Il-Programm Statistiku tal-2013
1. L-att segwenti huwa l-oġġett ta’ dan l-Artikolu:
|
— |
32013 R 0099: Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12). |
2. Il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 99/2013 għandu jikkostitwixxi l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi taż-ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013. L-oqsma prinċipali kollha tal-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 għandhom jitqiesu li huma rilevanti għall-kooperazzjoni statistika taż-ŻEE u għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA.
3. Programm Statistiku taż-ŻEE speċifiku għall-2013 għandu jiġi żviluppat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-Istatistika u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku taż-ŻEE għall-2013 għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta’ ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013, u jitfassal b’mod parallel miegħu. Il-Programm Statistiku taż-ŻEE għall-2013 għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.
4. Għall-2013, l-Istati tal-EFTA, f’konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u mar-Regolamenti Finanzjarji ta’ miegħu, għandhom jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal 75 fil-mija tal-ammont indikat fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm statistiku Ewropew 2013–17) u 29 01 04 05 (Politika ta’ informazzjoni statistika — In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inklużi fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi-9 ta’ Lulju 2013 jew il-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1), skont liema data tkun l-aktar tard.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.