Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0076

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 291, 31.10.2013, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 291, 31.10.2013, p. 26–26 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/76/oj

    31.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 76/2013

    tat-3 ta’ Mejju 2013

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/26/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32010 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/26/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 86, 1.4.2010, p. 29).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2010/26/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 86, 1.4.2010, p. 29.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top