Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0228

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/228(2)/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 228/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/141/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza (1) reċiproka għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 7fa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/76/KE) tal-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE:

    “—

    32011 D 0141: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/141/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 63).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2011/141/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 63.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top