Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0225

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/225(2)/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 225/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (1) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE skada u konsegwentement se jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XV għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 1e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001) għandu jitħassar.

    2.

    Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE):

    “1ha.

    32012 R 0360: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Fl-Artikolu 1(1), il-kliem ‘Artikolu 106(2) tat-Trattat’ jinqara ‘Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE’.

    (b)

    Dan li ġej jinżdied fl-Artikolu 1(2):

    ‘Dan ir-Regolament japplika biss għas-setturi koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim ŻEE.’

    (c)

    Fl-Artikolu 2(1), il-kliem ‘Artikolu 107(1) tat-Trattat’ jinqara ‘Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE’.

    (d)

    Fl-Artikolu 2(1), il-kliem ‘Artikolu 108(3) tat-Trattat’ jinqara ‘Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u tal-Qorti’.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 360/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.

    (2)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top