EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0223

2012/223/UE: Deċiżjoni Nru 2/2012 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad- 19 ta’ Jannar 2012 dwar stedina lit-Turkija biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simpilfikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija

ĠU L 114, 26.4.2012, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/223(1)/oj

26.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/35


DEĊIŻJONI Nru 2/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IS-SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET FIL-KUMMERĊ TAL-MERKANZIJA

tad-19 ta’ Jannar 2012

dwar stedina lit-Turkija biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simpilfikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija

(2012/223/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (1) (il-“Konvenzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-tħejjija tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea għat-Turkija, l-iskambju tal-oġġetti mat-Turkija jiġi ffaċilitat bis-simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jolqtu l-kummerċ tal-merkanzija bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.

(2)

Bil-ħsieb li jinkiseb tali ffaċilitazzjoni, huwa xieraq li t-Turkija tiġi mistiedna biex taderixxi mal-Konvenzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F’konformità mal-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni, it-Turkija hija mistiedna, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u t-Turkija mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, biex taderixxi mal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi id-Brussels, id-19 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Mirosław ZIELIŃSKI


(1)  ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.


ANNESS

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad-19 ta’ Jannar 2012 (Deċiżjoni Nru 2/2012) li tistieden lit-Turkija biex issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija.

L-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni tista’ ssir billi jiġi ppreżentat l-Istrument tal-Adeżjoni tagħha mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tat-Turkija skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Is-Segretarju Ġenerali

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

It-Turkija

B’kont meħud tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad-19 ta’ Jannar 2012 (Deċiżjoni Nru 2/2012) li tistieden lit-Turkija biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (“il-Konvenzjoni”),

Waqt li tixtieq issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni,

B’DAN

Taderixxi mal-Konvenzjoni;

Tehmeż ma’ dan l-Istrument traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tat-Turkija;

Tiddikjara li taċċetta r-Rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija bejn id-19 ta’ Jannar 2012 u d-data li l-Adeżjoni tat-Turkija ssir effettiva skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.

Magħmula fi …

 


Top