Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 22012D0216

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 216/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, s. 16—16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Asiakirjan oikeudellinen asema Voimassa

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/216(2)/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 216/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/347/UE tad-19 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/388/KE dwar Trasferiment Intra-Komunitarju ta’ dokument dwar l-isplussivi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/388/KE) tal-Kapitolu XXIX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendant minn:

    32010 D 0347: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/347/UE tad-19 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 54).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2010/347/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 155, 22.6.2010, p. 54.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Alkuun