Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0200

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 200/2012 tas- 26 ta' Ottubru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 21, 24.1.2013, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/200(2)/oj

    24.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/50


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 200/2012

    tas-26 ta' Ottubru 2012

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar Ekotikketta tal-UE (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 108, 29.4.2010, p. 355, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li għalhekk għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 2a (ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jinbidel b'dan li ġej:

    32010 R 0066: Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 108, 29.4.2010, p. 355.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, kif ikkoreġut bil-ĠU L 108, 29.4.2010, p. 355, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

    (*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


    Top