Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0194

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 194/2012 tas- 26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 21, 24.1.2013, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/194/oj

    24.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 194/2012

    tas-26 ta’ Ottubru 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (2), kif ikkoreġut minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 45zzo (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012) tal-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

    “45zzp.

    32012 R 0347: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1).

    45zzq.

    32012 R 0351: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18), kif ikkoreġut minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 u (UE) Nru 351/2012, kif ikkoreġuti minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44, bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18.

    (*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top