Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0189

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 341, 13.12.2012, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/189(3)/oj

    13.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 341/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 189/2012

    tat-28 ta’ Settembru 2012

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18zl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011) tal-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE:

    “18z2.

    32011 R 0349: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal- 11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 349/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top