Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0178

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 178/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/178(2)/oj

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 178/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE Nru 135/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tas-sistemi għall-individwazzjoni tal-esplożivi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66ha (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009):

“—

32011 R 1141: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):

“—

32011 R 1087: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1087/2011 u r-Regolament (UE) Nru 1141/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 16.

(2)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 12.

(3)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top