This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0165
2012/165/EU: Decision No 1/2012 of the EU-Switzerland Joint Committee of 15 March 2012 amending Tables III and IV(b) of Protocol No 2 to the Agreement between the European Economic Community and the Swiss Confederation of 22 July 1972 concerning certain processed agricultural products
2012/165/UE: Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tal- 15 ta' Marzu 2012 li temenda t-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat- 22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati
2012/165/UE: Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tal- 15 ta' Marzu 2012 li temenda t-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat- 22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati
ĠU L 85, 24.3.2012, p. 35–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/35 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA
tal-15 ta' Marzu 2012
li temenda t-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati
(2012/165/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) minn hawn ’il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,
Billi:
(1) |
Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet domestiċi ta’ referenza għall-Partijiet Konraenti. |
(2) |
Inbidlu l-prezzijiet reali fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għaliha huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet ta' referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
(a) |
It-Tabella III tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni; |
(b) |
Fit-Tabella IV, il-punt (b) jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' April 2012.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Jacques DE WATTEVILLE
(1) ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.
(2) ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.
ANNESS I
“TABELLA III
Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u l-Isvizzera
Materja prima agrikola |
Il-prezz domestiku ta' referenza tal-Isvizzera |
Il-prezz domestiku ta' referenza tal-UE |
Artikolu 4(1) Applikat fuq in-naħa Svizzera id-Differenza fil-prezz ta' referenza Svizzera / UE |
Artikolu 3(3) Applikat fuq in-naħa tal-UE id-Differenza fil-prezz ta' referenza Svizzera / UE |
CHF għal kull 100 kg nett |
CHF għal kull 100 kg nett |
CHF għal kull 100 kg nett |
EUR għal kull 100 kg nett |
|
Qamħ komuni |
49,25 |
25,50 |
23,75 |
0,00 |
Qamħ durum |
— |
— |
1,20 |
0,00 |
Segala |
40,25 |
28,95 |
11,30 |
0,00 |
Xgħir |
— |
— |
— |
— |
Qamħirrum |
— |
— |
— |
— |
Dqiq tal-qamħ komuni |
98,30 |
48,75 |
49,55 |
0,00 |
Trab tal-ħalib sħiħ |
616,00 |
366,75 |
249,25 |
0,00 |
Trab tal-ħalib xkumat |
430,40 |
285,75 |
144,65 |
0,00 |
Butir |
1 090,10 |
485,55 |
604,55 |
0,00 |
Zokkor abjad |
— |
— |
— |
— |
Bajd |
— |
— |
38,00 |
0,00 |
Patata friska |
41,75 |
17,00 |
24,75 |
0,00 |
Xaħam veġetali |
— |
— |
170,00 |
0,00 ” |
ANNESS II
“TABELLA IV
(b) |
L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:
|