Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0143

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 309, 8.11.2012, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/143(2)/oj

    8.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 309/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 143/2012

    tat-13 ta’ Lulju 2012

    li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim kien ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1166/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jbiddel u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 401/2010 tas-7 ta’ Mejju 2010 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (3), kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 248, 22.9.2010, p. 67, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1022/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti żoni ta’ tat-tkabbir tad-dwieli (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 53/2011 tal-21 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 538/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni għall-Protokoll 47 tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għalhekk ma għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 10 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009):

    “, kif emendat permezz ta’:

    32009 R 1166: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1166/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 27),

    32011 R 0053: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 53/2011 tal-21 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 19, 22.1.2011, p. 1).”

    2.

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009):

    “, kif emendat permezz ta’:

    32010 R 0401: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 401/2010 tas-7 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 13), kif korrett permezz tal-ĠU L 248, 22.9.2010, p. 67,

    32011 R 0538: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 538/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 6).”

    3.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 11 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009):

    “12.

    32010 R 1022: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1022/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti żoni ta’ tat-tkabbir tad-dwieli (ĠU L 296, 13.11.2010, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1166/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 401/2010, kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 248, 22.9.2010, p. 67, (UE) Nru 1022/2010, (UE) Nru 53/2011 u (UE) Nru 538/2011 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2012, liema minnhom ikun l-aktar tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 40.

    (2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 27.

    (3)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 13.

    (4)  ĠU L 296, 13.11.2010, p. 3.

    (5)  ĠU L 19, 22.1.2011, p. 1.

    (6)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 6.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top