Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0142

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2012 tat- 13 ta' Lulju 2012 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

ĠU L 309, 8.11.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/142(2)/oj

8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2012

tat-13 ta' Lulju 2012

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1).

(2)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja anke wara l-31 ta’ Diċembru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011” fil-paragrafu 6 jiġu sostitwiti mill-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012”.

2.

Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011” fil-paragrafu 7 jiġu sostitwiti mill-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012”.

3.

Il-kliem “is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011” fil-paragrafu 8 jiġu sostitwiti mill-kliem “is-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Hija tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)   ĠU L 270, 4.10.2012, p. 46.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top