Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0133

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 309, 8.11.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/133(2)/oj

    8.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 309/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 133/2012

    tat-13 ta’ Lulju 2012

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1).

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (2), li jinkorpora fil-Ftehim dwar iż-ŻEE r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (3).

    (3)

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom l-għan li jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA (4) jkunu intitolati li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni lejn l-Isvizzera u viċeversa.

    (4)

    Mira oħra tal-Partijiet Kontraenti hija li jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità ikunu intitolati joperaw servizzi bl-ajru minn kwalunkwe Stat tal-EFTA lejn l-Isvizzera, u viċeversa.

    (5)

    Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, soġġett għall-kondizzjoni tar-reċiproċità, jagħti lit-trasportaturi bl-ajru Svizzeri d-dritt li joperaw mill-Istati Membri tal-Unjoni lejn Stat tal-EFTA u viċeversa.

    (6)

    Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Punt 64a (ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-adattament attwali (b) jiġi innumerat mill-ġdid bħala adattament (c).

    2.

    L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (a):

    “(b)

    Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 15:

    ‘6.   Bl-istess kondizzjonijiet bħat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u dawk tal-EFTA (*), it-trasportaturi bl-ajru Svizzeri jkunu intitolati joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn Stati tal-EFTA u viċeversa. Dan ikun suġġett għall-kondizzjoni li, minn naħa, il-Komunità u l-Isvizzera jagħtu lit-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u viċeversa u, min-naħa l-oħra, li l-Isvizzera u l-Istati tal-EFTA jagħtu lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru mill-Isvizzera lejn Stati tal-EFTA u viċeversa.

    Kwalunkwe restrizzjoni fuq dan l-arranġament li tirriżulta minn ftehimiet bilaterali u multilaterali eżistenti li jorbtu lill-Komunità, minn naħa waħda, u l-Istati tal-EFTA, min-naħa l-oħra, hija b’dan imneħħija.

    (*)  Ir-referenzi għall-‘EFTA’ huma skont l-Artikolu 2(b) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaż-‘ŻEE u l-EFTA’.’ ”"

    (*)  Ir-referenzi għall-‘EFTA’ huma skont l-Artikolu 2(b) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaż-‘ŻEE u l-EFTA’.’ ”"

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (**), jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera li jagħti lit-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u viċeversa, minn naħa, jew tal-ftehim bejn l-Istati tal-EFTA u l-Isvizzera li jagħti d-dritt lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li joperaw servizzi bl-ajru mill-Isvizzera lejn Stat tal-EFTA u viċeversa, min-naħa l-oħra, skont liema waħda minnhom tkun l-aħħar.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jinnotifika lill-Isvizzera bl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u, jekk ikun il-każ, bl-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 270, 4.10.2012, p. 37.

    (2)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

    (3)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

    (4)  Ir-referenzi għall-“EFTA” f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-Artikolu 2(b) tal-Ftehim dwaf iż-ŻEE li għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaż-“ŻEE u l-EFTA”.

    (**)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top