This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0124
Decision of the EEA Joint Committee No 124/2012 of 13 July 2012 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim ŻEE
ĠU L 309, 8.11.2012, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 124/2012
tat-13 ta’ Lulju 2012
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1276/2011 tat-8 ta’ Diċembru 2011 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trattament biex jinqatlu parassiti vijabbli fil-prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti Agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni għalhekk m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiġi inkluż fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim:
“— |
32011 R 1276: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1276/2011 tat-8 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 39).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1276/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-14 ta’ Lulju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 270, 4.10.2012, p. 3.
(2) ĠU L 327, 9.12.2011, p. 39.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.