EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0110

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 270, 4.10.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/110/oj

4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 110/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/KE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Jinżied l-inċiż li ġej:

“—

32011 L 0094: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 314, 29.11.2011, p. 31).”

2.

It-test tal-adattament (e) jinbidel ma’ dan li ġej:

“Fil-punt 3 tal-Anness I, il-kliem ‘mudell tal-Unjoni Ewropea’ f’ittra (e) fir-rigward tal-ewwel paġna (1) tal-liċenzja jiġi mibdul bil-kliem ‘mudell ŻEE’.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/94/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 248, 13.9.2012, р. 33.

(2)  ĠU L 314, 29.11.2011, p. 31.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top