EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0109

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni), l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 270, 4.10.2012, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/109(2)/oj

4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni), l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (2).

(3)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (3).

(4)

Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (5), kif korretta bil-ĠU L 263, 6.10.2010, p. 15, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Sabiex il-Ftehim jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi emendat biex jinkludi l-Kumitat ta’ Kuntatt dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Kumitat.

(7)

Id-Direttiva 2010/13/UE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (6), li hija inkorporata fil-Ftehim u li b’hekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5p (id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE) fl-Anness XI ta’ mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:

32010 L 0013: Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1), kif korretta mill-ĠU L 263, 6.10.2010, p. 15.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 1(1)(n)(iii), il-kliem ‘jew stat tal-EFTA’ jinżied wara l-kelma ‘Unjoni’.

(b)

Is-subparagrafu li ġej jinżied mal-Artikolu 1(1)(n)(iii):

‘Jekk Parti Kontraenti tkun biħsiebha tikkonkludi ftehim relatat mas-settur awdjoviżiv, hija tinforma b’dan lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-konsultazzjonijiet dwar il-kontenuti ta’ tali ftehimiet jistgħu jseħħu fuq talba ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti.’

(c)

Fl-Artikolu 2(5), il-kliem ‘l-Artikoli 49 sa 55 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea’ jinqara ‘l-Artikolu 31 sa 35 tal-Ftehim dwar iz-Żona Ekonomika Ewropea.’

Arranġamenti ddettaljati għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja b’konformità mal-Artikolu 101 ta’ dan il-Ftehim:

Kull Stat tal-EFTA jista’ jaħtar rappreżentant wieħed mill-awtorità kompetenti maħtura minn kull Stat tal-EFTA li għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kuntatt dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva li għalihom saret referenza fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Il-Kummissjoni Ewropea, f’perjodu ta’ żmien xieraq, tinforma lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kuntatt u tibgħatilhom l-informazzjoni rilevanti.”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX ta’ mal-Ftehim:

“—

32007 L 0065: id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).”

Artikolu 3

Il-Protokoll 37 (li fih il-lista pprovduta fl-Artikolu 101) ta’ dan il-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 12 (Kumitat ta’ Kuntatt dwar l-Attivitajiet ta’ Xandir bit-Televiżjoni (id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE)) jitħassar.

2.

Jinżied il-punt li ġej:

“35.

Il-Kumitat ta’ Kuntatt dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).”

Artikolu 4

It-testi tad-Direttivi 2007/65/KE u 2010/13/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 32.

(2)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 48.

(3)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 41.

(4)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(5)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Top