Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0107

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 270, 4.10.2012, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/107(2)/oj

4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 107/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009 tal-10 ta’ Awwissu 2009 li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness I (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal- 10 ta’ Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (4), kif korrett permezz ta’ ĠU L 138, 26.5.2011, p. 66, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jinżied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 0252: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 69, 16.3.2011, p. 3).”

2.

Dan li ġej jinżied mal-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 R 0790: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009 tal-10 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 235, 5.9.2009, p. 1),

32011 R 0286: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 83, 30.3.2011, p. 1), kif korrett permezz tal-ĠU L 138, 26.5.2011, p. 66.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 790/2009 u tar-Regolamenti (UE) Nru 252/2011 u (UE) Nru 286/2011, kif ikkoreġuti permezz tal-ĠU L 138, 26.5.2011, p. 66, bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (5), skont liema minn dawn tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 248, 13.9.2012, p. 25.

(2)   ĠU L 235, 5.9.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 69, 16.3.2011, p. 3.

(4)   ĠU L 83, 30.3.2011, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(5)  Ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top