Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0051

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 207, 2.8.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/51(2)/oj

    2.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 207/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 51/2012

    tat-30 ta’ Marzu 2012

    li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (2).

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/68/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/75/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir marittimu [tal-baħar] (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim:

    “—

    32010 L 0068: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/68/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 305, 20.11.2010, p. 1),

    32011 L 0075: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/75/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 239, 15.9.2011, p. 1).”.

    Artikolu 2

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 56d (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KEE) tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “—

    32010 L 0068: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/68/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 305, 20.11.2010, p. 1),

    32011 L 0075: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/75/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 239, 15.9.2011, p. 1).”.

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttivi 2010/68/UE u 2011/75/UE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 244, 16.9.2010, p. 20.

    (2)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33.

    (3)  ĠU L 305, 20.11.2010, p. 1.

    (4)  ĠU L 239, 15.9.2011, p. 1.


    Top