Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0049

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 207, 2.8.2012, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/49(2)/oj

    2.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 207/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 49/2012

    tat-30 ta’ Marzu 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/78/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-Bacillus thuringiensis sottospeċi tal-israelensis Serotip H14, tar-Razza AM65-52 bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/79/UE tat-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-fipronil ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/80/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-lambda-cyhalothrin bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2011/81/UE tad-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex id-deltamethrin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim:

    “—

    32011 L 0078: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/78/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 7),

    32011 L 0079: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/79/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 10),

    32011 L 0080: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/80/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 13),

    32011 L 0081: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/81/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 243, 21.9.2011, p. 16).”.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi 2011/78/UE, 2011/79/UE, 2011/80/UE u 2011/81/UE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 20.

    (2)  ĠU L 243, 21.9.2011, p. 7.

    (3)  ĠU L 243, 21.9.2011, p. 10.

    (4)  ĠU L 243, 21.9.2011, p. 13.

    (5)  ĠU L 243, 21.9.2011, p. 16.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top