Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0008

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 161, 21.6.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/8(2)/oj

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/22/UE tal-15 ta’ Marzu 2010 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE u 87/402/KEE u d-Direttivi 2000/25/KE u 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/52/UE tal-11 ta’ Awwissu 2010 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tal-provvedimenti tekniċi tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 76/763/KEE dwar sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija u d-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/763/KEE):

“—

32010 L 0052: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/52/UE tal-11 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 37).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 18 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE), 20 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE), 21 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/415/KEE), 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE), 28 (id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 29 (id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

“—

32010 L 0052: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/22/UE tal-11 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 91, 10.4.2010, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 23 (id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz:

32010 L 0052: tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/52/UE tal-11 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 37).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2010/22/UE u 2010/52/UE bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 7.

(2)  ĠU L 91, 10.4.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 37.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top