Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0003

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 161, 21.6.2012, pp. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/3(2)/oj

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 3/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2011 tad-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/322/UE tas-27 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Annessi I u II ta’ mad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 (4) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fit-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) taħt l-intestatura “L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin japplikaw:” fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“—

32011 D 0322: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/322/UE tas-27 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 41).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 8b (ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32011 R 0517: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 138, 26.05.2011, p. 45).”

3.

It-test tal-punt 28 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1168/2006) fil-Parti 7.2 jitħassar.

4.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010) fil-parti 7.2:

“ , kif emendat permezz:

32011 R 0517: tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 45).”

5.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 54 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011) fil-Parti 7.2:

“55.

32011 R 0517: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 45).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 u tad-Deċiżjoni 2011/322/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 3.

(2)   ĠU L 138, 26.5.2011, p. 45.

(3)   ĠU L 143, 31.5.2011, p. 41.

(4)   ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 148.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top