This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0147
Decision of the EEA Joint Committee No 147/2011 of 2 December 2011 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 76, 15.3.2012, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 147/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u n-normi ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 56f (id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
“, kif emendat permezz ta':
— |
32010 L 0036: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 162, 29.6.2010, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2010/36/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.
(2) ĠU L 162, 29.6.2010, p. 1.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.