Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0130

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 76, 15.3.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/130(2)/oj

15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 130/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 253/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XIII (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/296/UE tal-21 ta’ Mejju 2010 dwar l-istabbiliment ta’ Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 0253: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 69, 16.3.2011, p. 7).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zy (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/675/UE):

“12zz.

32010 D 0296: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/296/UE tal-21 ta’ Mejju 2010 dwar l-istabbiliment ta’ Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (ĠU L 126, 22.5.2010, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 253/2011 u tad-Deċiżjoni 2010/296/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 80.

(2)   ĠU L 69, 16.3.2011, p. 7.

(3)   ĠU L 126, 22.5.2010, p. 26.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top