Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex
Dokument 22011D0112
Decision of the EEA Joint Committee No 112/2011 of 21 October 2011 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 341, 22.12.2011., str. 72.–73.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
()
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 11 Volum 089 P. 408 - 409
Na snazi
|
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 112/2011
tal-21 ta’ Ottubru 2011
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1). |
|
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 365/2010 tat-28 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti tal-ikel fir-rigward ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib ippasturizzat u prodotti likwidi oħrajn tal-ħalib ippasturizzat u Listeria monocytogenes fil-melħ tajjeb għal mal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ testijiet rapidi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2003 fir-rigward tal-ispezzjonijiet li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1053/2010 tat- 18 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 494/98 fir-rigward ta’ sanzjonijiet amministrattivi f'każijiet fejn ma tkunx tista' tiġi ppruvata l-identifikazzjoni ta’ annimal (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar biex jinstabu bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/692/UE tal-15 ta’ Novembru 2010 li tirrikonoxxi l-karattru kompletament operazzjonali tal-bażi tad-dejta Latvjana dwar l-annimali bovini (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Islanda fuq il-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (9). |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej se jiġi miżjud f' punt 76 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/98) f'Taqsima 1.2: “, kif emendat permezz ta':
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud f'punt 134 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) f'Taqsima 1.2 u punt 53 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) f'Taqsima 6.2:
|
|
3. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 140 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003) f'Taqsima 1.2:
|
|
4. |
Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/132/KE) f'Taqsima 1.2:
|
|
5. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 52 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) f'Taqsima 6.2:
|
|
6. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12 (Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) f'Taqsima 7.1:
|
Artikolu 2
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54zzzj (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:
|
“— |
32010 R 0365: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2010 tat-28 ta’ April 2010 (ĠU L 107, 29.4.2010, p. 9).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 365/2010, (UE) Nru 956/2010, (UE) Nru 1034/2010, (UE) Nru 1053/2010 u (UE) Nru 15/2011 u d-Deċiżjoni 2010/692/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.
(2) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.
(3) ĠU L 107, 29.4.2010, p. 9.
(4) ĠU L 279, 23.10.2010, p. 10.
(5) ĠU L 298,16.11.2010, p. 7.
(6) ĠU L 303, 19.11.2010, p. 1.
(8) ĠU L 299, 17.11.2010, p. 45.
(9) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.