Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 22011D0011

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 171, 30.6.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/11(2)/oj

    30.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 171/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 11/2011

    tal-1 ta’ April 2011

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2007 tat-28 ta’ Settembru 2007 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva 2009/142/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE (3) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE) fil-Kapitolu V tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    32009 L 0142: Id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10).’

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2009/142/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha li jinsabu fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 47, 21.2.2008, p. 16.

    (2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10.

    (3)  ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Fuq