Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0255

    Rakkomandazzjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni UE-Ukraina tat- 23 ta’ Novembru 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina

    ĠU L 111, 4.5.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2010/255/oj

    4.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 111/31


    RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-UKRAINA

    tat-23 ta’ Novembru 2009

    dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina

    (2010/255/KE)

    IL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI UE-UKRAINA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukraina, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 85 tal-Ftehim jagħti lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni s-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa permezz ta’ ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.

    (2)

    Skont l-Artikolu 102 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jaraw li l-objettivi stabbiliti fih jinkisbu.

    (3)

    Attwalment, il-Partijiet qegħdin jinnegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles profonda u komprensiva.

    (4)

    Il-Partijiet ftiehmu dwar it-test tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina.

    (5)

    L-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina ser tissostitwixxi l-Pjan ta’ Azzjoni attwali UE-Ukraina u ser tħejji u tiffaċilita d-dħul fis-seħħ bikri tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur UE-Ukraina permezz tal-elaborazzjoni ta’ ftehim dwar passi konkreti li ser jipprovdi gwida prattika għal dawn it-tħejjijiet u l-implimentazzjoni.

    (6)

    L-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni għandha l-għan doppju li tistabbilixxi passi konkreti fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u li tipprovdi qafas usa’ għall-għan ġenerali li jinkisbu assoċjazzjoni politika u aktar integrazzjoni ekonomika tal-Ukraina mal-Unjoni Ewropea.

    (7)

    L-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni hija dokument operattiv, li ser tiġi riveduta kif meħtieġ abbażi tar- reviżjonijiet tal-progress imsemmija fit-Taqsima 3.9 tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni u biex ikunu jistgħu jinkisbu l-objettivi ġenerali tagħha,

    ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu Uniku

    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina kif tinsab fid-dokument UE-UA 1056/2/09 REV 2, safejn din l-implimentazzjoni tiġi diretta lejn it-tħejjijiet għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur UE-Ukraina u l-implimentazzjoni tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2009.

    Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

    C. BILDT

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Ukraina

    Y. TYMOSHENKO


    Top