Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 22010D0126

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 58, 3.3.2011, s. 84—84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Právní stav dokumentu platné

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/126(2)/oj

    3.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 58/84


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 126/2010

    tal-10 ta’ Novembru 2010

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/915/KE tat-30 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar (2), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 13caa (Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX mal-Ftehim:

    “13cab.

    32008 D 0915: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/915/KE tat-30 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar (ĠU L 332, 10.12.2008, p. 20).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2008/915/KE fil-lingwa Islandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.

    (2)  ĠU L 332, 10.12.2008, p. 20.

    (*)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Nahoru