Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0096

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2010 tat- 2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

    ĠU L 277, 21.10.2010, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/96(2)/oj

    21.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/53


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 96/2010

    tat-2 ta’ Lulju 2010

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

    (2)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern, għandha titkompla.

    (3)

    Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2009,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu b’dan jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 6 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

    2.

    Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 7 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

    3.

    Il-kliem “is-snin 2008 u 2009” fil-paragrafu 8 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009 u 2010”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 49.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top