Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0079

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

    ĠU L 244, 16.9.2010, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/79(2)/oj

    16.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 244/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 79/2010

    tal-11 ta’ Ġunju 2010

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

    (2)

    B’kunsiderazzjoni għall-inkorporazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-Ajru Uniku Ewropew fil-Ftehim, u għar-rwol ewlieni tal-proġett SESAR fl-iżvilupp ġejjieni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fi ħdan dak il-qasam, u bil-għan tal-parteċipazzjoni mill-Istati tal-EFTA fil-finanzjament pubbliku tal-proġett permezz tas-7 programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, huwa xieraq li tiġi inkoraġġita kooperazzjoni adattata bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim fi kwistjonijiet li huma koperti mill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR u inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ impriża konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (2), sabiex il-partijiet interessati mill-Istati tal-EFTA jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-proġett SESAR.

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiddaħħal fl-ewwel nota tal-qiegħ ta’ paragrafu 8b ta’ Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp tekniku) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32008 R 1361: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak li fih issir l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*), jew fil-jum li fih tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 65.

    (2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

    (3)  Ara paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top