Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0016

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

    ĠU L 101, 22.4.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/16(2)/oj

    22.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 16/2010

    tad-29 ta’ Jannar 2010

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

    (2)

    Hu xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti mal-Ftehim biex tinkludi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2008/C 319/03 tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (2),

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

    “—

    32008 H 1213: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2008/C 319/03 tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (GU C 319, 13.12.2008, p. 8).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 15.

    (2)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 8.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top