Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0002

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 101, 22.4.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/2(3)/oj

    22.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 2/2010

    tad-29 ta’ Jannar 2010

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2).

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (3) għandu jiġi nkorporat mal-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (4) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 iħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 71/250/KEE (5) 71/393/KEE (6), 72/199/KEE (7), 73/46/KEE (8), 76/371/KEE (9), 76/372/KEE (10), 78/633/KEE (11), 81/715/KEE (12), 84/425/KEE (13), 86/174/KEE (14), 93/70/KEE (15), 93/117/KE (16), 98/64/KE (17), 1999/27/KE (18), 1999/76/KE (19), 2000/45/KE (20), 2002/70/KE (21) and 2003/126/KE (22) li kienu nkorporati mal-Ftehim għandhom b’hekk jitħassru skont il-Ftehim.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

    (1)

    It-test tal-punti 1zc (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/70/KE), 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 86/174/KEE), 19 (L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 71/250/KEE), 20 (It-tieni Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE), 21 (It-tielet Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE), 22 (Ir-raba’ Direttiva tal-Kummissjoni 73/46/KEE), 25 (L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE), 26 (Is-seba’ Direttiva tal-Kummissjoni 76/372/KEE), 27 (It-tmien Direttiva tal-Kummissjoni 78/633/KEE), 28 (Id-disa’ Direttiva tal-Kummissjoni 81/715/KEE), 29 (L-għaxar Direttiva tal-Kummissjoni 84/425/KEE), 30 (Il-ħdax-il Direttiva tal-Kummissjoni 93/70/KEE), 31 (It-tnax-il Direttiva tal-Kummissjoni 93/117/KE), 31c (Direttiva tal-Kummissjoni 98/64/KE), 31f (Direttiva tal-Kummissjoni 1999/27/KE), 31 g (Direttiva tal-Kummissjoni 1999/76/KE), 31h (Direttiva tal-Kummissjoni 2000/45/KE) u 31i (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/126/KE) għandhom jitħassru.

    (2)

    Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 1zzzzza (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009):

    “1zzzzzb.

    32009 R 0124: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).”

    (3)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 31n (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE):

    “31o.

    32009 R 0152: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).”

    Artikolu 2

    Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 54zzzzb (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008) fil-Kapitolu XII tal-Anness II mal-Ftehim:

    “54zzzzc.

    32009 R 0124: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).”

    Artikolu 3

    Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 124/2009 u (KE) Nru 152/2009 fl-ilsien Iżlandiz u f’dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 5.

    (2)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 14.

    (3)  ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7.

    (4)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.

    (5)  ĠU L 155, 12.7.1971, p. 13.

    (6)  ĠU L 279, 20.12.1971, p. 7.

    (7)  ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6.

    (8)  ĠU L 83, 30.3.1973, p. 21.

    (9)  ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1.

    (10)  ĠU L 102, 15.4.1976, p. 8.

    (11)  ĠU L 206, 29.7.1978, p. 43.

    (12)  ĠU L 257, 10.9.1981, p. 38.

    (13)  ĠU L 238, 6.9.1984, p. 34.

    (14)  ĠU L 130, 16.5.1986, p. 53.

    (15)  ĠU L 234, 17.9.1993, p. 17.

    (16)  ĠU L 329, 30.12.1993, p. 54.

    (17)  ĠU L 257, 19.9.1998, p. 14.

    (18)  ĠU L 118, 6.5.1999, p. 36.

    (19)  ĠU L 207, 6.8.1999, p. 13.

    (20)  ĠU L 174, 13.7.2000, p. 32.

    (21)  ĠU L 209, 6.8.2002, p. 15.

    (22)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 78.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top