This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0153
Decision of the EEA Joint Committee No 153/2009 of 4 December 2009 amending Annex XXI (Statistics) and Protocol 30 on specific provisions on the organization of cooperation in the field of statistics to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) u l-Protokoll 30 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistiċi mal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) u l-Protokoll 30 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistiċi mal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 153/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) u l-Protokoll 30 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistiċi mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1). |
(2) |
Il-Protokoll 30 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2). |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandom jitħassaru taħt dan il-Ftehim. |
(5) |
Ir-referenzi kollha għall-Kumitat tal-Pogramm Statistiku (KPS) fil-Protokoll 30 għall-Ftehim għandu jidbiddel b’referenza għall-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (KSEI), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-test tal-punt 17 (ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jidbiddel b’dan li ġej: “32009 R 0223: ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).” |
(2) |
It-test tal-punt 17a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Il-Protokoll 30 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-test tal-Artikolu 1(6) għandu jidbiddel b’dan li ġej: “Il-ġestjoni tal-istatistika mill-Istati tal-EFTA għandhom jiġu rregolati mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistiċi Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).” |
(2) |
Il-kliem “Kumitat tal-Pogramm Statistiku (KPS)” fl-Artikolu 1(1) għandu jidbiddel bil-kliem “Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (KSEI)”. |
(3) |
Il-kliem “KPS/ŻEE” fl-Artikolu 1(1) u 1(7) għandu jidbiddel bil-kliem “KSEI/ŻEE”. |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.
(2) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 43.
(3) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(4) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.