This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0134
Decision of the EEA Joint Committee No 134/2009 of 4 December 2009 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 134/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/423/KE tat-8 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 12zf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim:
“12zg. |
32008 D 0423: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/423/KE tat-8 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 79).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/423/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.
(2) ĠU L 149, 7.6.2008, p. 79.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.