Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0080

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 280, 23.10.2008, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/80(2)/oj

    23.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 280/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 80/2008

    ta' l-4 ta' Lulju 2008

    li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiżi terzi ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 29ga (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE) ta' l-Anness IX mal-Ftehim:

    “29h.

    32007 R 1569: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiżi terzi ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1569/2007 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 29.

    (2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.

    (*)  Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


    Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 80/2008 li tinkorpora r-Regolament Nru 1569/2007 fil-Ftehim

    “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiżi terzi ta’ titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'ħafna Artikoli tittratta r-rekwiżiti ekwivalenti għal pajjizi terzi. L-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


    Top