This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0060
Decision of the EEA Joint Committee No 60/2008 of 6 June 2008 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 257, 25.9.2008, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 60/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/852/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/5/KE rigward provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/853/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żerriegħa u materjal għat-tixrid ta’ l-Asparagus officinali skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (3) u li nbdew fl-2005 għandha tkun integrata fil-Ftehim. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Parti 2 ta’ Kapitolu III ta’ L-Anness I tal-Ftehim għandha tkun emenda kif inhu ġej:
(1) |
Li ġej għandu jinżdied fil-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/5/KE): “, kif emendat b’li ġej:
|
(2) |
Il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 50 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/852/KE u 2007/853/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 37.
(2) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 57.
(3) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 59.
(*) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.