Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0039

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li jemenda l-Protokoll 31 mal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 182, 10.7.2008, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/39(2)/oj

    10.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 182/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 39/2008

    ta' l-14 ta' Marzu 2008

    li jemenda l-Protokoll 31 mal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 (1).

    (2)

    Huwa xieraq li tkun estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Sieħba fil-Ftehim biex tiġi inkluża d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta' Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (imfassla mill-ġdid) (2).

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

    (4)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2008,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-test tas-sub-paragrafu (b) ta' l-Artikolu 10(8) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “l-Atti tal-Komunità li għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar 2008:

    32007 D 0779: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta' Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (imfassla mill-ġdid) (ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada li ssir l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim. (*)

    Din għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 47, 21.5.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

    (3)  ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top