EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0142

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas- 26 ta' Ottubru 2007 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 100, 10.4.2008, p. 70–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/142(2)/oj

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 100/70


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2007

tas-26 ta' Ottubru 2007

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2007 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (2).

(3)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċertu Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (4) giet inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 u għalhekk għandha bżonn tiżdied bħala inċiż fid-Direttiva 2005/36/KE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/172/KE tad-19 ta' Marzu 2007 li tistabilixxi l-grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Biex il-Ftehim jiffunzjona tajjeb, il-Protokoll 37 mal-Ftehim għandu jkun estiż biex jinkludi l-grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali stipulat fid-Deċiżjoni 2007/172/KE, u l-Anness VII għandu jiġi emendat sabiex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma' dan il-grupp.

(7)

Id-Direttiva 2005/36/KE tirrevoka, b'effett mill-20 ta' Ottubru 2007, id-Direttivi tal-Kunsill 77/452/KEE (6), 77/453/KEE (7), 78/686/KEE (8), 78/687/KEE (9), 78/1026/KEE (10), 78/1027/KEE (11), 80/154/KEE (12), 80/155/KEE (13), 85/384/KEE (14), 85/432/KEE (15), 85/433/KEE (16), 89/48/KEE (17), 92/51/KEE (18), 93/16/KEE (19) u d-Direttiva 1999/42/KE (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huma inkorporati fil-Ftehim u li għandhom konsegwentament jiġu rrevokati skond il-Ftehim b'effett mill-20 ta' Ottubru 2007.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 81/1057/KEE (21), li hija inkorporata fil-Ftehim titlef l-iskop tagħha u għalhekk tiġi rrevokata skond il-Ftehim b'effett mill-20 ta' Ottubru 2007.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE (22) u l-parti l-kbira ta' l-atti taħt it-titolu “Atti li tagħhom il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota” m'għadhomx validi u għalhekk għandhom jiġu revokati skond il-Ftehim b'effett mill-20 ta' Ottubru 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Protokoll 37 (li fih il-lista misjuba fl-Artikolu 101) ta' dan il-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

It-test ta' punt 9 (Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għar-Rikonoxximent Reċiproku tad-Diplomi ta' l-Edukazzjoni Għola (id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE)) għandu jitħassar.

2)

Għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“20.

Il-grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/172/KE).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2005/36/KE u d-Deċiżjoni 2007/172/KE fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Ottubru 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 198, 28.7.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 47, 21.2.2008, p. 36.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(4)  ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141.

(5)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 38.

(6)  ĠU L 176, 15.7.1977, p. 1.

(7)  ĠU L 176, 15.7.1977, p. 8.

(8)  ĠU L 233, 24.8.1978, p. 1.

(9)  ĠU L 233, 24.8.1978, p. 10.

(10)  ĠU L 362, 23.12.1978, p. 1.

(11)  ĠU L 362, 23.12.1978, p. 7.

(12)  ĠU L 33, 11.2.1980, p. 1.

(13)  ĠU L 33, 11.2.1980, p. 8.

(14)  ĠU L 223, 21.8.1985, p. 15.

(15)  ĠU L 253, 24.9.1985, p. 34.

(16)  ĠU L 253, 24.9.1985, p. 37.

(17)  ĠU L 19, 24.1.1989, p. 16.

(18)  ĠU L 209, 24.7.1992, p. 25.

(19)  ĠU L 165, 7.7.1993, p. 1.

(20)  ĠU L 201, 31.7.1999, p. 77.

(21)  ĠU L 385, 31.12.1981, p. 25.

(22)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.

(*)  ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


ANNESS

L-Anness VII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Minflok it-titolu “Rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali” għandu jitniżżel “Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali”.

2)

Minflok it-titolu “A. Sistema Ġenerali” għandu jitniżżel “A. Sistema Ġenerali, rikonoxximent ta' esperjenza professjonali u rikonoxximent awtomatiku”.

3)

Il-Punti 1, 1a u 1b għandhom jiġu numerati 1a, 1b u 1c.

4)

Il-punt li ġej għandu jiżdied qabel il-punt ġdid 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE):

“1.

32005 L 0036: Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22), kif emendata minn:

32006 L 0100: id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141.).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(A)

L-Artikolu 9 (e) m'għandux japplika fir-rigward ta' l-Istati EFTA.

(B)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 49(2):

‘(d)

l-1 ta' Jannar 1994 għall-Iżlanda u n-Norveġja,

(e)

l-1 ta' Mejju 1995 għal-Liechtenstein.’

(C)

Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness II ‘Lista ta' korsijiet li għandhom struttura speċjali imsemmija fl-Artikolu 11 punt (c) it-tieni subparagrafu’:

(a)

Taħt it-titolu ‘2. Is-settur ta' l-imgħallem tas-sengħa (Mester/Meister/Maître), li jirrappreżenta l-korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ mhux koperti mit-Titolu III, Kapitolu II, ta' din id-Direttiva’:

‘fin-Norveġja:

għalliem ta' suġġetti tekniċi u vokazzjonali (yrkesfaglærer),

li jirrapreżenta edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' tmintax sa għoxrin sena, inklużi d-disa' sa għaxar snin ta' l-iskola primarja u l-bidu tas-sekondarja, mill-anqas tlieta sa erba' snin ta' taħriġ f'apprentistat – jew alternattiva ta' sentejn ta' skola sekondarja vokazzjonali u sentejn ta' taħriġ f'apprentistat – li jwassal għal ċertifikat ta' sengħa jew ta' journeyman, esperjenza professjonali bħala artiġjan ta' mill-anqas erba' snin, studji oħra teoretiċi għal mill-anqas sena, u programm ta' studju ta' sena fit-teorija u l-prattika ta' l-edukazzjoni.’

(b)

Taħt it-titolu ‘3. Settur marittimu’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘(a) Trasport Marittimu’:

‘fin-Norveġja:

Marine Chief Cook (skipskokk),

li jirrappreżenta taħriġ ta' disa' snin skola primarja segwit minn kors ta' taħriġ bażiku u minimu ta' tliet snin taħriġ vokazzjonali speċjalizzat li jinkludi mill-inqas servizz ta' tliet xhur fuq il-baħar.’

(ii)

Taħt is-sottotitolu ‘(b) Sajd Marittimu’:

‘fl-Iżlanda:

kaptan tal-vapur (skipstjóri),

chief mate (stýrimaður),

watchkeeping officer (undirstýrimaður),

li jirrappreżenta taħriġ ta' disa' jew għaxar snin skola primarja segwit minn sentejn servizz fuq il-baħar, u sentejn ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat li jwassal għal eżami u li huwa rikonoxxut taħt il-Konvenzjoni Torremolinos (Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Bastimenti tas-Sajd – 1977).’

(iii)

Taħt is-sottotitolu l-ġdid ‘(c) Mobile drilling rig personnel’:

‘fin-Norveġja:

platform manager (plattformsjef),

stability section manager (stabilitetssjef),

control room operator (kontrollromoperatør),

technical section leader (teknisk sjef),

assistant technical section leader (teknisk assistent),

li jirrappreżenta taħriġ ta' disa' snin skola primarja, segwit minn kors ta' sentejn ta' taħriġ bażiku, u minimu ta' servizz ta' sena off-shore u,

għall-control room operator, sena ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat,

għall-oħrajn, sentejn u nofs ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat,’

(ċ)

Taħt it-titolu ‘4. Settur tekniku’:

‘fil-Liechtenstein:

espert fiduċjarju (Treuhänder)

Tul, livell u rekwiżiti

It-taħriġ huwa bbażat fuq disgħa snin ta' skola obligatorja – sakemm ma jkunx miksub ċertifikat ta' maturità – apprentistat kummerċjali ta' tliet snin b'taħriġ f'ħiliet prattiċi f'intrapriża, filwaqt li t-tagħrif teoretiku neċessarju kif ukoll edukazzjoni ġenerali jkunu provduti minn skola vokazzjonali, li flimkien iwasslu għall-eżami nazzjonali (Ċertifikat nazzjonali ta' ħila bħala impjegat kummerċjali).

Wara tliet snin ta' esperjenza prattika f'intrapriża flimkien m'aktar edukazzjoni teoretika għal erba' snin, li jistgħu jkunu magħmula fl-istess ħin, id-diploma nazzjonali jista' jkun mgħoddi, u jwassal għat-titolu professjonali hawn fuq imsemmi.

Normalment dan it-taħriġ idum bejn 16 u 19-il sena.

Regolamenti

Il-professjoni hi regolata minn leġiżlazzjoni nazzjonali. Kwalunkwe kandidat huwa liberu li jagħżel il-mod li bih irid jipprepara lilu nnifsu għall-eżami (skejjel vokazzjonali, skejjel privati, tagħlim b'korrispondenza),

espert ta' l-awditjar (Wirtschaftsprüfer)

Tul, livell u rekwiżiti

It-taħriġ huwa bbażat fuq disa' snin ta' skola obligatorja u apprentistat kummerċjali ta' tliet snin b'taħriġ f'ħiliet prattiċi f'intrapriża, filwaqt li t-tagħrif teoretiku neċessarju kif ukoll edukazzjoni ġenerali jkunu provduti minn skola vokazzjonali.

Wara tliet snin ta' esperjenza prattika f'intrapriża flimkien ma' aktar edukazzjoni teoretika għal ħames snin, li jistgħu jkunu magħmula fl-istess ħin, jista' jagħmel id-diploma nazzjonali, li twassal għat-titolu professjonali hawn fuq imsemmi.

Dan it-taħriġ idum bejn 17 u 18-il sena. Kandidati li kisbu l-esperjenza prattika tagħhom barra mill-Liechtenstein iridu jipprovdu biss prova ta' sena oħra t'esperjenza professjonali fil-Liechtenstein.

Regolamenti

Il-professjoni hi regolata minn leġiżlazzjoni nazzjonali.’

(D)

Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness V ‘Rikonoxximet fuq il-bażi ta' koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet minimi ta' taħriġ’:

(a)

Taħt it-titolu ‘V.1. TABIB TAL-MEDIĊINA’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.1.1. Prova ta' kwalifiki formali fit-taħriġ bażiku mediku’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Iċ-ċertifikat tal-kwalifiki

Data ta' referenza

Ísland

Embættispróf í læknisfræði, candidatus medicinae (cand. med.)

Háskóli Íslands

Vottorð um viðbótarnám (kandidatsár) útgefið af Heilbrigðis- og tryggingamála-ráðuneytinu

l-1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalih tapplika din id-Direttiva u mniżżel f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Iċ-ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-Awtoritàjiet kompetenti

l-1 ta' Mejju 1995

Norge

Vitnemål for fullført grad candidata/

candidatus medicinae, short form cand.med.

Medisinsk universitetsfakultet

Bekreftelse på praktisk tjeneste som lege utstedt av kompetent offentlig myndighet

l-1 ta' Jannar 1994’

(ii)

Taħt is-sottotitolu ‘5.1.2. Provi ta' kwalifiki formali ta' tobba speċjalisti’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Data ta' referenza

Ísland

Sérfræðileyfi

Heilbrigðis- og tryggingamálaráðuneyti

l-1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

l-1 ta' Mejju 1995

Norge

Spesialistgodkjenning

Den norske lægeforening

l-1 ta' Jannar 1994’

(iii)

Taħt is-sottotitolu ‘5.1.3. Titoli ta' korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina speċjalizzata’:

‘Pajjiż

Anesteżija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Kirurġija ġenerali

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Svæfinga- og gjörgæslulæknisfræði

Skurðlækningar

Liechtenstein

Anesteżoliġija

Kirurġija

Norge

Anestesiologi

Generell kirurgi


Pajjiż

Kirurġija newroloġika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Ostetrija u ginekoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Taugaskurðlækningar

Fæðingar- og kvenlækningar

Liechtenstein

Neurochirurgie

Gynäkologie und Geburtshilfe

Norge

Nevrokirurgi

Fødselshjelp og kvinnesykdommer


Pajjiż

Mediċina (interna) ġenerali

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Oftalmoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Lyflækningar

Augnlækningar

Liechtenstein

Innere Medizin

Augenheilkunde

Norge

Indremedisin

Øyesykdommer


Pajjiż

Ortohinolaringoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Pedjatrija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Háls-, nef- og eyrnalækningar

Barnalækningar

Liechtenstein

Hals-, Nasen- und Ohrenkrankheiten

Kinderheilkunde

Norge

Øre-nese-halssykdommer

Barnesykdommer


Pajjiż

Mediċina respiratorja

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Uroloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Lungnalækningar

Þvagfæraskurðlækningar

Liechtenstein

Pneumologie

Urologie

Norge

Lungesykdommer

Urologi


Pajjiż

Oortopedija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Anatomija patoloġika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Bæklunarskurðlækningar

Vefjameinafræði

Liechtenstein

Orthopädische Chirurgie

Pathologie

Norge

Ortopedisk kirurgi

Patologi


Pajjiż

Newroloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Psikjatrija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Taugalækningar

Geðlækningar

Liechtenstein

Neurologie

Psychiatrie und Psychotherapie

Norge

Nevrologi

Psykiatri


Pajjiż

Radjoloġija dijagnostika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Radioterapija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Geislagreining

 

Liechtenstein

Medizinische Radiologie/Radiodiagnostik

Medizinische Radiologie/Radio-Onkologie

Norge

Radiologi

 


Pajjiż

Kirurġija plastika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Bijoloġija klinika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Lýtalækningar

 

Liechtenstein

Plastische- und Wiederherstellungschirurgie

 

Norge

Plastikkirurgi

 


Pajjiż

Mikrobijoloġija-batterjoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Kimika bijoloġika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Sýklafræði

Klínísk lífefnafræði

Liechtenstein

 

 

Norge

Medisinsk mikrobiologi

Klinisk kjemi


Pajjiż

Immunoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Kirurġija toraċika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Ónæmisfræði

Brjóstholsskurðlækningar

Liechtenstein

Allergologie und klinische Immunologie

Herz- und thorakale Gefässchirurgie

Norge

Immunologi og transfusjonsmedisin

Thoraxkirurgi


Pajjiż

Kirurġija pedjatrika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Il-Kirurġija vaskulari

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Barnaskurðlækningar

Æðaskurðlækningar

Liechtenstein

Kinderchirurgie

 

Norge

Barnekirurgi

Karkirurgi


Pajjiż

Kardjoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Gastroenteroloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Hjartalækningar

Meltingarlækningar

Liechtenstein

Kardiologie

Gastroenterologie

Norge

Hjertesykdommer

Fordøyelsessykdommer


Pajjiż

Rewmatoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Ematoloġija ġenerali

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Gigtarlækningar

Blóðmeinafræði

Liechtenstein

Rheumatologie

Hämatologie

Norge

Revmatologi

Blodsykdommer


Pajjiż

Endokrinoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Il-Fisjoterapija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Efnaskipta- og innkirtlalækningar

Orku- og endurhæfingarlækningar

Liechtenstein

Endokrinologie-Diabetologie

Physikalische Medizin und Rehabilitation

Norge

Endokrinologi

Fysikalsk medisin og rehabilitering


Pajjiż

In-Newropsikjatrija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Dermato-veneroloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Titolu

Titolu

Ísland

 

Húð- og kynsjúkdómalækningar

Liechtenstein

 

Dermatologie und Venereologie

Norge

 

Hud- og veneriske sykdommer


Pajjiż

Ir-Radjoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Psikjatrija tat-tfal

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Geislalækningar

Barna- og unglingageðlækningar

Liechtenstein

 

Kinder- und Jugendpsychiatrie und psychotherapie

Norge

 

Barne- og ungdomspsykiatri


Pajjiż

Ġerjatrija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Mard tal-kliewi

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Öldrunarlækningar

Nýrnalækningar

Liechtenstein

Geriatrie

Nephrologie

Norge

Geriatri

Nyresykdommer


Pajjiż

Mard infettiv

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Mediċina komunitarja

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Smitsjúkdómar

Félagslækningar

Liechtenstein

Infektiologie

Prävention und Gesundheitswesen

Norge

Infeksjonssykdommer

Samfunnsmedisin


Pajjiż

Farmakoloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Mediċina okkupazzjonali

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Lyfjafræði

Atvinnulækningar

Liechtenstein

Klinische Pharmakologie und Toxikologie

Arbeitsmedizin

Norge

Klinisk farmakologi

Arbeidsmedisin


Pajjiż

Allergoloġija.

Perjodu minimu ta' taħriġ: 3 snin

Mediċina nukleari

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Ofnæmislækningar

Ísótópagreining

Liechtenstein

Allergologie und klinische Immunologie

Nuklearmedizin

Norge

 

Nukleærmedisin


Pajjiż

Veneroloġija

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Il-Mediċina tropikali

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

 

 

Liechtenstein

 

Tropenmedizin

Norge

 

 


Pajjiż

Kirurġija gastroenteroloġika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Mediċina għall-inċidenti u l-emerġenzi

Perjodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Titolu

Titolu

Ísland

 

 

Liechtenstein

 

 

Norge

Gastroenterologisk kirurgi

 


Pajjiż

Newrofisjoloġija Klinika

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Kirurġija dentali, orali, u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali)

Perjodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

Klínísk taugalífeðlisfræði

 

Liechtenstein

 

Kiefer- und Gesichtschirurgie

Norge

Klinisk nevrofysiologi

Kjevekirurgi og munnhulesykdommer’

(iv)

Taħt is-sottotitolu ‘5.1.4. Provi ta' kwalifiki formali ta' tabib ġenerali’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Titolu Professjonali

Data ta' referenza

Ísland

Almennt heimilislækningaleyfi (Evrópulækningaleyfi)

Almennur heimilislæknir (Evrópulæknir)

31 ta' Diċembru 1994

Liechtenstein

 

 

 

Norge

Bevis for kompetanse som allmenpraktiserende lege

Allmennpraktiserende lege

31 ta' Diċembru 1994’

(b)

Taħt it-titolu ‘V.2. INFERMIERA RESPONSABBLI MILL-KURA ĠENERALI’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.2.2. Provi ta' kwalifiki formali ta' infirmiera responsabbli mill-kura ġenerali’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Titolu Professjonali

Data ta' referenza

Ísland

1.

B.Sc. í hjúkrunarfræði

2.

B.Sc. í hjúkrunarfræði

3.

Hjúkrunarpróf

1.

Háskóli Íslands

2.

Háskólinn á Akureyri

3.

Hjúkrunarskóli Íslands

Hjúkrunarfræðingur

1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Krankenschwester – Krankenpfleger

1 ta' Mejju 1995

Norge

Vitnemål for bestått sykepleierutdanning

Høgskole

Sykepleier

1 ta' Jannar 1994’

(ċ)

Taħt it-titolu ‘V.3. DENTIST’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.3.2. Provi ta' kwalifiki formali ta' dentisti’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Iċ-ċertifikat mal-prova ta' kwalifiki

Titolu Professjonali

Data ta' referenza

Ísland

Próf frá tannlæknadeild Háskóla Íslands

TannlæknadeildHáskóla Íslands

 

Tannlæknir

1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Iċ-ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-Awtoritàjiet kompetenti

Zahnarzt

1 ta' Mejju 1995

Norge

Vitnemål for fullført grad candidata/

candidatus odontologiae, short form: cand.odont.

Odontologisk universitetsfakultet

 

Tannlege

1 ta' Jannar 1994’

(ii)

Taħt is-sottotitolu ‘5.3.3. Provi ta' kwalifiki formali ta' dentisti speċjalisti’:

Ortodonzja

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Data ta' referenza

Ísland

 

 

 

Liechtenstein

 

 

 

Norge

Bevis for gjennomgått spesialistutdanning i kjeveortopedi

Odontologisk universitetsfakultet

1 ta' Jannar 1994


Kirurġija Orali

Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Data ta' referenza

Ísland

 

 

 

Liechtenstein

 

 

 

Norge

Bevis for gjennomgått spesialistutdanning i oralkirurgi

Odontologisk universitetsfakultet

1 ta' Jannar 1994’

(d)

Taħt it-titolu ‘V.4. KIRURĠIJA VETERINARJA’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.4.2. Provi ta' kwalifiki formali ta' kirurgi veterinarji’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Iċ-ċertifikat mal-prova ta' kwalifiki

Data ta' referenza

Ísland

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Iċ-ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-Awtoritàjiet kompetenti

1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Iċ-ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-Awtoritàjiet kompetenti

1 ta' Mejju 1995

Norge

Vitnemål for fullført grad candidata/

candidatus medicinae veterinariae, formula qasira form: cand.med.vet.

Norges veterinærhøgskole

 

1 ta' Jannar 1994’

(e)

Taħt it-titolu ‘V.5. QABLA’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.5.2. Provi ta' kwalifiki formali ta' qabla’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Titolu Professjonali

Data ta' referenza

Ísland

1.

Embættispróf í ljósmóðurfræði

2.

Próf í ljósmæðrafræðum

1.

Háskóli Íslands

2.

Ljósmæðraskóli Íslands

Ljósmóðir

1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Hebamme

1 ta' Mejju 1995

Norge

Vitnemål for bestått jordmorutdanning

Høgskole

Jordmor

1 ta' Jannar 1994’

(f)

Taħt it-titolu ‘V.6. SPIŻJAR’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.6.2. Provi ta' kwalifiki formali ta' spiżjar’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja d-diploma

Data ta' referenza

Ísland

Próf í lyfjafræði

Háskóli Íslands

 

1 ta' Jannar 1994

Liechtenstein

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Iċ-ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-Awtoritàjiet kompetenti

1 ta' Mejju 1995

Norge

Vitnemål for fullført grad candidata/

candidatus pharmaciae, fil-qosor: cand.pharm.

Universitetsfakultet

 

1 ta' Jannar 1994’

(g)

Taħt it-titolu ‘V.7. PERIT’:

(i)

Taħt is-sottotitolu ‘5.7.1. Provi ta' kwalifiki formali ta' periti rikonoxxuti skond l-Artikolu 46’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

L-entità li tagħti l-kwalifiki

Iċ-Ċertifikat mal-prova ta' kwalifiki

Referenza għas-sena akkademika

Ísland

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness

L-awtoritajiet kompetenti

Iċ-ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-Awtoritàjiet kompetenti

 

Liechtenstein

Dipl.-Arch. FH

Für Architekturstudien-kurse, die im akademischen Jahr 1999/2000 aufgenommen wurden, einschliesslich für Studenten, die das Studienprogramm Model B bis zum akademischen Jahr 2000/2001 belegten, vorausgesetzt dass sie sich im akademischen Jahr 2001/2002 einer zusätzlichen und kompensatorischen Ausbildung unterzogen.

Fachhochschule Liechtenstein

 

1999/2000

Norge

Sivilarkitekt

1.

Norges teknisk-naturvitenskaplige universitet (NTNU);

2.

Arkitektur- og designhøgskolen i Oslo (AHO) (before 29 October 2004 Arkitekthøgskolen i Oslo);

3.

Bergen Arkitekt Skole (BAS)

 

1997/1998

 

Master i arkitektur

1.

Norges teknisk-naturvitenskaplige universitet (NTNU);

 

1999/2000

 

 

2.

Arkitektur- og designhøgskolen i Oslo (AHO) (before 29 October 2004 Arkitekthøgskolen i Oslo);

 

1998/1999

 

 

3.

Bergen Arkitekt Skole (BAS)

 

2001/2002’

(E)

Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness VI ‘Drittijiet miksuba applikabbli għall-professjonijiet soġġetti għar-rikonoxximet fuq il-bażi ta' koordinazzjoni tal-kondizzjonijiet minimi ta' taħriġ’:

‘Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Referenza għas-sena akkademika

Ísland

Id-diplomi, ċertifikati u titoli oħra mogħtija fi Stat ieħor li għalihom tapplika din id-Direttiva u mniżżlin f'dan l-Anness, akkumpanjati minn ċertifikat dwar it-taħriġ prattiku komplut maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti

 

Liechtenstein

Id-diplomi mogħtija mill-“Fachhochschule” (Dipl.-Arch. (FH))

1997/1998

Norge

Id-diplomi (sivilarkitekt) mogħtija minn “Norges tekniske høgskole (NTH)”, mill-1 ta' Jannar 1996 n-“Norges teknisk-naturvitenskaplige universitet (NTNU)”, l- “Arkitekt-høgskolen i Oslo” u l-“Bergen Arkitekt Skole (BAS)”;

iċ-ċertifikati ta' sħubija man-“Norske Arkitekters Landsforbund” (NAL) jekk il-persuni kkonċernati jkunu rċevew it-taħriġ tagħhom fi Stati li fih tapplika din id-Direttiva

1996/1997’”

5)

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt l-ġdid 1c (id-Direttiva 1999/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“1d.

32007 D 0172: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/172/KE tad-19 ta' Marzu 2007 li tistabilixxi il-grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 79, 20.3.2007, p. 38).

Proċeduri għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat ta' l-EFTA jista', skond l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/172/KE, jaħtar persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Grupp ta' Koordinaturi għar-Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali.

Il-Kummissjoni tal-KE għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Grupp u tittrażmettilhom id-dokumentazzjoni rilevanti.”

6)

It-testi tal-punti 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE), 1b (id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE), 1c (id-Direttiva 1999/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 3 (Id-Direttiva tal-Kunsill 81/1057/KEE), 18 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEEC), 58 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE), 62 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 75/366/KEE), 63 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 75/367/KEE), 64 (375 Y 0701(01): Id-Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill) u 65 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Recommendation 86/458/KEE) għandhom jitħassru.

7)

It-testi ta' dawn li ġejjin, u t-titoli relatati magħhom: punti 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE), 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/452/KEE), 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/453/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/686/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/687/KEE), 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/1026/KEE), 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/1027/KEE), 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/154/KEE), 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/155/KEE), 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/432/KEE), 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/433/KEE), 59 (C/81/74/p. 1: il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni), 60 (374 Y 0820(01): ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill). 61 (389 L 0048: id-Dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Kummissjoni), 67 (378 Y 0824(01): id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill), 68 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 78/1029/KEE), 69 (378 Y 1223(01): Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill), 70 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 85/435/KEE) u 71 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 85/386/KEE) għandhom jiġu mħassra.


Top