Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0077

    Deċiżjoni Nru 35/2006 tat- 22 ta' Diċembru 2006 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika relatat maż-żieda ta' Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt l-Anness Settorjali dwar Tagħmir ta' Telekomunikazzjoni

    ĠU L 32, 6.2.2007, p. 198–199 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 195–196 (MT)
    ĠU L 32, 6.2.2007, p. 27–27 (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/77(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    195


    DEĊIŻJONI NRU 35/2006

    tat-22 ta' Diċembru 2006

    tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika relatat maż-żieda ta' Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt l-Anness Settorjali dwar Tagħmir ta' Telekomunikazzjoni

    (2007/77/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u b'mod partikulari l-Artikoli 7 u 14;

    Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness A huwa miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fit-Taqsima V ta' l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni.

    2.

    Il-firxa speċifika ta' l-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikati fid-Dokument mehmuż A, intlaħaq qbil dwarha bejn il-Partijiet u se tinżamm minnhom.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

    F'isem l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    James C. SANFORD

    Iffirmat f'Washington D.C., 15 ta' Diċembru 2006.

    F'isem il-Komunità Ewropea

    Andra KOKE

    Iffirmat fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.


    Dokument mehmuż A

    Il-Korp tal-KE għal Valutazzjoni tal-Konformità huwa miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità f'Taqsima V ta' l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni.

    Curtis-Straus LLC

    A Bureau Veritas Company

    527 Great Road

    Littleton, Massachusetts 01460

    United States

    Tel: 978 486 8880

    Fax: 978 486 8828

    Kuntatt Barry Quinlan (barry.quinlan@us.bureauveritas.com)


    Top