Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0712

    2005/712/KE: Deċiżjoni Nru 5/2005 tal-Kumitat Konġunt ke-EFTA dwar tranżitu komuni ta' l- 4 ta’ Ottubru 2005 li tistieden lir-Rumanija taderixxi mal-Konvenzjoni ta' l- 20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni

    ĠU L 269, 14.10.2005, p. 46–47 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 341–342 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/712/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    341


    DEĊIŻJONI Nru 5/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-EFTA DWAR TRANŻITU KOMUNI

    ta' l-4 ta’ Ottubru 2005

    li tistieden lir-Rumanija taderixxi mal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni

    (2005/712/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Konvenzjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-promozzjoni ta' kummerċ mar-Rumanija tiġi ffaċilitata b'simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jridu jitwettqu fil-kuntest ta' kummerċ ta' merkanzija bejn dan il-pajjiż u l-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.

    (2)

    Bil-ħsieb li tintlaħaq tali proċedura huwa xieraq li r-Rumanija tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni,

    IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    B'konformità ma' l-Artikolu 15(a) tal-Konvenzjoni, ir-Rumanija hija mistiedna, fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Rumanija mehmuża ma' din id-Deċiżjoni, tingħaqad mal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul f’Basel, 4 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kumitat konġunt

    Il-President

    Rudolf DIETRICH


    (1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 3/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA (ĠU L 189, 21.7.2005, p. 61).


    Sinjur,

    Għandi l-unur ninfurmak bid-Deċiżjoni Nru 5/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar tranżitu komuni ta' l-4 ta’ Ottubru 2005 li tistieden lir-Rumanija ssir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni.

    L-adeżjoni tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tista' tiġi effettwata billi tressaq l-Istrument ta' Adeżjoni tagħha lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa Uffiċjali tar-Rumanija skond l-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni.

    Għoddni tiegħek,

    Is-Segretarju Ġenerali

    Segretarjat Ġenerali

    tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewrope

    Ir-Rumanija,

    Waqt li tieħu nota tad-Deċiżjoni Nru 5/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar tranżitu komuni ta' l-4 ta’ Ottubru 2005 li tistieden lir-Rumanija ssir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni,

    Waqt li tixtieq issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni,

    HAWNHEKK

    Taderixxi mal-Konvenzjoni;

    Tehmeż ma' dan l-Istrument traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tar-Rumanija;

    Tiddikjara li hija taċċetta r-Rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar tranżitu komuni adottati bejn l-4 ta’ Ottubru 2005 u d-data li fiha l-Adeżjoni tar-Rumanija ssir effettiva skond l-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni.

    Magħmul fi …

    Għar-Rumanija


    Top