This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22005D0129
Decision of the EEA Joint Committee No 129/2005 of 30 September 2005 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2005 tat- 30 ta’ Settembru 2005 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi l barra mill-erba libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2005 tat- 30 ta’ Settembru 2005 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi l barra mill-erba libertajiet
ĠU L 339, 22.12.2005, p. 55–56
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 406–407
(MT)
In force
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
406 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 129/2005
tat-30 ta’ Settembru 2005
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ‘l barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2004 tat-8 ta’ Ġunju 2004 (1). |
(2) |
Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi d-Deċiżjoni Nru 456/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-Komunità biex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi użat u sfruttat aktar (2). |
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-daħla li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-Artikolu 2(5) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:
“— |
32005 D 0456: Deċiżjoni Nru 456/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ marzu 2005 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-Komunità biex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi użat u sfruttat aktar (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 1).”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Settembru 2005.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
HSH Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 52.
(*) Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.