Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0160

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2004 tad- 29 ta’ Ottubru 2004 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi l barra mill-erba libertajiet

    ĠU L 102, 21.4.2005, p. 45–46 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 117–118 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/160(2)/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    117


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 160/2004

    tad-29 ta’ Ottubru 2004

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ’l barra mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2004 tat-8 ta' Ġunju 2004 (1).

    (2)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi d-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ, u n-nisa u li jipproteġi l-vittmi u l-gruppi f’riskju (il-programm DAPHNE II) (2).

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-Paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “5.

    L-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw fil-programmi u fl-azzjonijiet tal-Komunità msemmija fl-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar 1996, fil-programm imsemmi fit-tielet inċiż mill-1 ta’ Jannar 2000, fil-programm imsemmi fir-raba inċiż mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-programmi msemmija fil-ħames u fis-sitt inċiż mill-1 ta’ Jannar 2002 u fil-programmi msemmija fis-seba’ u fit-tmien inċiż mill-1 ta’ Jannar 2004.”

    2.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 8:

    “—

    32004 D 0803: Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ, u n-nisa u li jipproteġi l-vittmi u l-gruppi f’riskju (il-programm DAPHNE II) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 1).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2004.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kjartan JOHANNSSON


    (1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 52.

    (2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 1.

    (*)  Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m’huma indikati


    Top