Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0018

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti Tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 120–121 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/18(2)/oj

    22004D0018



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0120 - 0121


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 18/2004

    tad-19 ta' Marzu 2004

    li temenda l-Anness II (Regolamenti Tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif emendat bil-Protokoll li aġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, li minn issa 'l quddiem ikun imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003 [1].

    (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE tal-11 t' Awissu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [2] għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

    (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/77/KE tal-11 t' Awissu 2003 li temenda Direttiva 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi bil-mutur li għandhom żewġ jew tliet roti [3] għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I t' l-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

    1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' punt 3 (Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE):

    "- 32003 L 0076: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE tal-11 t' Awissu 2003 (ĠU L 206, tal-15.8.2003, p. 29)."

    2. L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' punt 45x (Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    "- 32003 L 0077: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/77/KE tal-11 t' Awissu 2003 (ĠU L 211, tal-21.8.2003, p. 24)."

    3. Dan li ġej għandu jiżdied qabel it-test dwar l-adattament ma' punt 45za (Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    ", kif emendat bi:

    - 32003 L 0077: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/77/KE tal-11 t' Awissu 2003 (ĠU L 211, tal-21.8.2003, p. 24)."

    Artikolu 2

    It-testi ta' d-Direttivi 2003/76/KE u 2003/77/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 88, tas-25.3.2003, p. 41.

    [2] ĠU L 206, tas-15.8.2003, p. 29.

    [3] ĠU L 211, tal-21.8.2003, p. 24.

    [4] Ħtiġiet kostituzzjonali mhux indikati.

    --------------------------------------------------

    Top