Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0094

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

    ĠU L 266, 3.10.2002, p. 71–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/94(2)/oj

    22002D0094



    Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0071 - 0072


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 94/2002

    tal-25 ta' Ġunju 2002

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/903/KE tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-Sena Ewropea ta' Nies b'Diżabilità 2003 [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 5(8) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

    "- 32001 D 0903: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/903/KE tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-Sena Ewropea ta' Nies b'Diżabilità 2003 (ĠU L 335, tad-19.12.2001, p. 15)."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, previst li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Għandha tibda tgħodd mill-1 ta' Jannar 2002.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, 25 Ġunju 2002.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 43.

    [2] ĠU L 335, tad-19.12.2001, p. 15.

    [3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top