Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0135

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 135/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 22, 24.1.2002, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/135(2)/oj

    22001D0135



    Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0024 - 0025


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 135/2001

    tat-23 ta' Novembru 2001

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II fil-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru.111/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

    (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta' Settembru 2000 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffisar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fuq u fil-frott u l-ħaxix u fuq ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħaxix rispettivament [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/58/KE tat-22 ta' Settembru 2000 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE, u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fuq u fiċ-ċerejali, oġġetti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali u ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix rispettivament [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi inserit fil-punti 13 (Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    "- 32000 L 0057: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta' Settembru 2000 (ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 76)."

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej għandu jiġi inserit fil-punti 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

    "- 32000 L 0058: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/58/KE tat-22 ta' Settembru 2000 (ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 78)."

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttivi tal-Kummissjoni 2000/57/KE u 2000/58/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Novembru2001, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ngħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 22.

    [2] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 76.

    [3] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 78.

    [4] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma kienu indikati.

    --------------------------------------------------

    Top