Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0921(06)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 237, 21.9.2000, p. 66–67 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/53/oj

    22000D0921(06)



    Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0066 - 0067


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 53/2000

    tat-28 ta' Ġunju 2000

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2000 tal-31 ta' Marzu 2000. [1].

    (2) Id-Direttiva 96/84/KE li temenda d-Direttiva 89/398/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' affarijiet ta' l-ikel maħsubin għal użu nutrizzjonali partikolari [2] għandha tiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 51 (Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 396 L 0084: Id-Direttiva 96/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 (ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 20).

    Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattament li ġej:

    Fl-Artikolu 4, is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud wara l-aħħar paragrafu fil-paragrafu 1a:

    "fir-rigward ta' awtorizzazzjoni temporanja tas-suq bħal din, Parti Kontraenti tista', fejn ikollha raġunijiet iġġustifikati sabiex tikkunsidra li prodott jikkostitwixxi riskju għas-saħħa umana, tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-użu u/jew il-bejgħ ta' dak il-prodott fuq it-territorju tagħha. Għandha tinforma minnufih lill-Partijiet Konraenti l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE b'azzjoni bħal din u għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Jekk Parti kontraenti tkun tixtieq hekk, għandhom isiru konsultazzjonijiet dwar l-adekwatezza tal-miżura fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Parti VII tal-Ftehim għandha tapplika."."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 96/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 141, tal-15.6.2000, p. 46.

    [2] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 19.

    [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top