Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0024

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2000 tal-25 ta' Frar 2000 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 103, 12.4.2001, p. 51–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/24(2)/oj

    22000D0024



    Official Journal L 103 , 12/04/2001 P. 0051 - 0052


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 24/2000

    tal-25 ta' Frar 2000

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 192/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1];

    (2) Huwa xieraq illi tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar il-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea ta' politika u azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u żvilupp sostenibbli "Lejn sostenibilità" [2],

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-ewwel inċiż fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

    "- 398 D 2179: Id-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar ir-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea tal-politika u azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u żvilupp sostenibbli "Lejn sostenibbilità" (ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1)."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Frar 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Frar 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 74 , tal-15.3.2001.

    [2] ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p. 1.

    [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top