Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0708(05)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/98 tas-17 ta' Lulju 1998 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 172, 8.7.1999, p. 53–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/74(2)/oj

    21999D0708(05)



    Official Journal L 172 , 08/07/1999 P. 0053 - 0053


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 74/98

    tas-17 ta' Lulju 1998

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness IX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/98 tas-6 ta' Marzu 1998 [1];

    Billi r-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta' Lulju 1997 dwar it-transazzjonijiet permezz ta' strumenti elettroniċi ta' ħlas u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min joħroġ u l-pussessur [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 37(Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 92/48/KE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

    "38. 397 X 0489: Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta' Lulju 1997 dwar it-transazzjonijiet permezz ta' strumenti elettroniċi ta' ħlas u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min joħroġ u l-pussessur (ĠU L 208, tat-2.8.1997, p. 52)"

    .

    Artikolu 2

    It-testi tar-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Awissu 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 272, tat-8.10.1998, p. 17.

    [2] ĠU L 208, tat-2.8.1997, p. 52.

    --------------------------------------------------

    Top