Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21979A0919(01)

    Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ħajja ferjali Ewropea u ta’ l-abitati naturali

    ĠU L 38, 10.2.1982, p. 3–32 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1982/72/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    21979A0919(01)



    Official Journal L 038 , 10/02/1982 P. 0003 - 0032
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0089
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0089
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0086
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0086


    Konvenzjoni

    dwar il-konservazzjoni tal-ħajja ferjali Ewropea u ta' l-abitati naturali

    PREAMBOLU

    L-ISTATI MEMBRI TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA U L-FIRMATARJI L-OĦRAJN TA' DIN IL-KONVENZJONI,

    JIKKONSIDRAW li l-għan tal-Kunsill ta' l-Ewropa huwa li jilħaq l-aqwa unità bejn il-membri tiegħu;

    JIKKONSIDRAW ix-xewqa tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jikkopera mal-Istati l-oħrajn fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura;

    JIRRIKONOXXU li l-flora u l-fawna ferjali jikkostitwixxu eredità naturali tal-valuri estetiċi, xjentifiċi, kulturali, rekreazzjonali, ekonomiki u intrinsiċi li jeħtieġ li jkunu ppreservati u mgħoddija lejn il-ġenerazzjonijiet futuri;

    JIRRIKONOXXU r-rwol essenzjali pprovdut mill-flora u l-fawna ferjali fiż-żamma tal-bilanċji bioloġiċi;

    JINNOTTAW li kwantità ta' speċje ta' flora u fawna ferjali jinsabu serjament li jkunu miġjuba fix-xejn u uħud minnhom mhedda b'estinzjoni;

    KONXJI li l-konservazzjoni ta' l-abitati naturali hija komponent vitali għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali;

    JIRRIKONOXXU li l-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali għandha tkun meqjusa mill-gvernijiet fil-miri u l-programmi nazzjonali tagħhom, u li koperazzjoni internazzjonali għandha tkun stabbilita partikolarment għall-protezzjoni tal-ispeċje migratorji;

    IŻOMMU F'MOĦĦOM it-talbiet vasti għal azzjoni komuni mressqa minn gvernijiet jew minn korpi internazzjonali, partikolarment it-talbiet espressi fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman tal-1972 u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa;

    MIXTIEQA partikolarment li jsegwu, fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ħajja ferjali, ir-rakkommandazzjonijiet tar-Reżoluzzjoni 2 tat-Tieni Konferenza Ministerjali Ewropea dwar l-Ambjent,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    IL-KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    1. L-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni huma li jikkonservaw il-flora u l-fawna ferjali u l-abitati naturali tagħhom, speċjalemnt dawk l-ispeċje u l-abitati li l-konservazzjoni tagħhom teħtieġ il-koperazzjoni ta' diversi Stati, u li jħeġġu tali koperazzjoni.

    2. Enfasi partikolari hija mogħtija lejn dawk l-ispeċje ipperikolati u vulnerabbli, inklużi l-ispeċje migratorji ipperikolati u vulnerabbli.

    Artikolu 2

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex iżommu il-popolazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali fi, jew li jadattawha għal, livell li jikkorrispondi partikolarment mal-ħtiġiet ekoloġiċi, xjentifiċi u kulturali, waqt li jqisu l-ħtiġiet ekonomiċi u rekreazzjonali u l-bżonn tas-sub-speċje, varjetajiet jew għamliet f'riskju lokali.

    Artikolu 3

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu passi sabiex tħeġġeġ strateġiji nazzjonali għall-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali u l-abitati naturali, b'attenzjoni partikolari għall-ispeċje ipperikolati u vulnerabbli, speċjalment dawk endemiċi, u l-abitati ipperikolati b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Kull Parti Kontraenti tintrabat, fl-istrateġiji ta' l-ippjanar u l-iżvilupp tagħha u fil-miżuri li hija tieħu kontra t-tniġġiż billi tqis il-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali.

    3. Kull Parti Kontraenti għandha tħeġġeġ l-edukazzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni ġenerali dwar il-ħtieġa tal-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali u ta' l-abitati tagħhom.

    IL-KAPITOLU II

    Il-protezzjoni ta' l-abitati

    Artikolu 4

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri leġislattivi u amministrattivi xierqa u meħtieġa sabiex tassigura l-konservazzjoni ta' l-abitati tal-ispeċje tal-flora u l-fawna ferjali, speċjalemnt dawk speċifikati fl-Appendiċi I u II u tal-konservazzjoni ta' l-abitati naturali ipperikolati.

    2. Il-Partijiet Kontraenti fl-istrateġija ta' l-ippjanar u l-iżvilupp tagħhom għandhom iqisu il-ħtiġiet tal-konservazzjoni taż-żoni protetti permezz tal-paragrafu preċedenti, hekk li jevitaw jew inaqqsu sa kemm ikun possibbli xi deterjorazzjoni ta' dawk iż-żoni.

    3. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jagħtu attenzjoni speċjali għall-protezzjoni taż-żoni li huma ta' importanza għall-ispeċje migratorji speċifikati fl-Appendiċi II u III u li jinsabu b'relazzjoni xierqa mar-rottot migratorji, bħal ma huma l-forniment ta' l-ilma, il-postijiet tas-serħan, l-ikel, it-tgħammir jew żoni fejn joforħu.

    4. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jikkordinaw kif xieraq l-isforzi tagħhom għall-protezzjoni ta' l-abitati naturali referuti f'dan l-Artikolu meta dawk ikunu jinsabu f'żoni tal-fruntieri.

    IL-KAPITOLU III

    Protezzjoni tal-ispeċje

    Artikolu 5

    Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri leġislattivi u amministrattivi xierqa u meħtieġa sabiex tassigura l-protezzjoni speċjali tal-ispeċje tal-flora ferjali kif speċifikati fl-Appendiċi I. Ġbir, kollezzjoni, qtugħ jew qlugħ mill-għeruq deliberat ta' tali pjanti għandu jkun ipprojbit. Kull Parti Kontraenti għandha skond kif xieraq, tipprojbixxi l-pussess jew il-bejgħ ta' tali speċje.

    Artikolu 6

    Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri leġislattivi u amministrattivi xierqa u meħtieġa sabiex tassigura l-protezzjoni speċjali tal-ispeċje tal-fawna ferjali kif speċifikati fl-Appendiċi II. Dan li ġej għandu partikolarment ikun ipprojbit għal dawn l-ispeċje:

    (a) l-għamliet tal-qabda u ż-żamma deliberata u l-qtil deliberat;

    (b) il-ħsara deliberata għal, jew il-qerda tas-siti tat-tgħammir jew tas-serħan;

    (ċ) id-disturb deliberat tal-fawna ferjali partikolarment waqt il-perjodu tat-tnissil, it-tkabbir u tar-raqda tax-xitwa, sal-limitu li tali disturb ikollu sinifikat b'relazzjoni ma' l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni;

    (d) il-qerda deliberata jew it-teħid ta' bajd mis-selvaġġ jew iż-żamma ta' dawk il-bajd anki jekk vojta;

    (e) il-pussess ta', u l-kummerċ intern f'dawn l-annimali, ħajjin jew mejtin, inklużi l-annimali ibbalzmati u xi parti rikonoxxibbli faċilment jew id-derivattivi tagħhom, meta dan ikun jikkontribwixxi għall-effettività tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 7

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri leġislattivi u amministrattivi xierqa u meħtieġa sabiex tassigura l-protezzjoni speċjali tal-ispeċje tal-fawna ferjali kif speċifikati fl-Appendiċi III.

    2. Xi esplojtazzjoni ta' fawna ferjali speċifikata fl-Appendiċi III għandha tkun irregolata sabiex iżżomm il-popolazzjonijiet lil hinn mill-perikolu, billi tqis il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 2.

    3. Miżuri li għandhom jittieħdu għandhom jinkludu:

    (a) staġuni magħluqa u/jew proċeduri oħrajn li jirregolaw l-esplojtazzjoni;

    (b) il-projbizzjoni ta' l-esplojtazzjoni temporanja jew lokali, skond kif xieraq, sabiex ikunu restawrati l-livelli sodisfaċenti tal-popolazzjoni;

    (ċ) ir-regolazzjoni kif xierqa ta' bejgħ, iż-żamma għall-bejgħ, it-trasport għall-bejgħ jew l-offerta għall-bejgħ ta' l-annimali ferjali ħajjin jew mejtin.

    Artikolu 8

    Fir-rigward tal-qbid jew il-qtil tal-ispeċje tal-fawna ferjali speċifikata fl-Appendiċi III u fil-każi meta, bi qbil ma' l-Artikolu 9, eċċezzjonijiet huma applikati għall-ispeċje speċifikata fl-Appendiċi II, il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprojbixxu l-użu tal-meżżi indiskriminati kollha tal-qabda u l-qtil u l-użu tal-meżżi kollha kapaċi li joħolqu l-għejbien lokali ta', jew id-distrurb serju ta' popolazzjonijiet ta' speċje, u partikolarment, il-meżżi speċifikati fl-Appendiċi IV.

    Artikolu 9

    1. Kull Parti Kontraenti tistgħu tagħmel eċċezzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4, 5, 6, 7 u mill-projbizzjoni ta' l-użu tal-meżżi msemmija fl-Artikolu 8 basta li ma jkun hemm l-ebda soluzzjonijiet sodisfaċenti oħrajn u li l-eċċezzjoni ma tkunx detrimentali għas-sopravivenza tal-popolazzjoni kkonċernata:

    - għall-protezzjoni tal-flora u l-fawna,

    - għall-prevenzjoni ta' ħsara serja għall-uċuħ, il-qobla, il-foresti, il-ħut, l-ilma u l-għamliet l-oħrajn ta' propjetà,

    - fl-interess tas-saħħa u s-sigurtà pubblika, s-sigurtà ta' l-ajru jew l-interessi pubbliċi l-oħrajn li jkollhom prijorità assoluta,

    - għall-iskopijiet ta' riċerka u edukazzjoni, għall-popolazzjoni mill-ġdid, għall-introduzzjoni mill-ġdid u għal tgħamir meħtieġ,

    - sabiex jippermettu, permezz ta' kondizzjonijiet strettament taħt superviżjoni, fuq bażi selettiva u għall-estent limitat, it-teħid, iż-żamma jew l-esplojtazzjoni dehnija oħra ta' ċerti annimali u pjanti ferjali fi kwantitajiet żgħar.

    2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrapurtaw darba kull sentejn lejn il-Kumitat Permanenti dwar l-eċċezzjonijiet magħmula permezz tal-paragrafu preċedenti. Dawn ir-rapporti għandhom jispeċifikaw:

    - il-popolazzjonijiet li huma jew li kienu ġew suġġetti għall-eċċezzjonijiet u, meta prattiku, in-numru ta' kampjuni involuti,

    - il-meżżi awtorizzati għall-qatla jew il-qabda,

    - il-kondizzjonijiet tar-riskju u ċ-ċirkostanzi taż-żmien u l-post li permezz tagħhom tali eċċezzjonijiet kienu ġew mogħtija,

    - l-awtortà mogħtija l-poter li tiddikjara li dawn il-kondizzjonijiet kienu ġew imwettqa, u li tieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-meżżi li jistgħu jkunu wżati, il-limiti tagħhom u l-persuni li jkollhom l-istruzzjoni ħalli jwettquhom,

    - il-kontrolli involuti.

    IL-KAPITOLU IV

    Dispożizzjonijiet speċjali għall-ispeċje migratorji

    Artikolu 10

    1. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu, b'żieda mal-miżuri speċifikati fl-Artikoli 4, 6, 7 u 8 li jikkordinaw l-isforzi tagħhom għall-ħarsien tal-ispeċje migratorji speċifikati fl-Appendiċi II u III li l-medda tagħhom testendi fit-territorji tagħhom.

    2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex ifittxu li jassiguraw li l-istaġuni magħluqa u/jew il-proċeduri l-oħrajn li jirregolaw l-esplojtazzjoni stabbiliti permezz tal-paragrafu 3 (a) ta' l-Artikolu 7 jkunu adekwati u utilizzati kif xieraq sabiex jilħqu mal-ħtiġiet tal-ispeċje migratorji speċifikati fl-Appendiċi III.

    IL-KAPITOLU V

    Dispożizzjonijiet supplementarji

    Artikolu 11

    1. Fit-twettieq tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu:

    (a) li jikkoperaw kull meta xieraq u partikolarment meta dan ikun isaħħaħ l-effettività tal-miżuri meħuda permezz ta' l-Artikoli l-oħrajn ta' din il-Konvenzjoni;

    (b) li jinkorraġġixxu u jikkordinaw ir-riċerka relatata ma' l-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Kull Parti Kontraenti tintrabat:

    (a) li jinkorraġġixxu l-introduzzjoni mill-ġdid ta' l-ispeċje nattivi tal-flora u l-fawna ferjali meta din tkun tikkontribwixxi għall-konservazzjoni ta' l-ispeċje pperikolati, basta li jkun l-ewwel sar studju fid-dawl ta' l-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn sabiex tisstabbilixxi li tali introduzzjoni mill-ġdid tkun effettiva u aċċettabbli;

    (b) li strettament tikkontrolla l-introduzzjoni ta' speċje mhux nattivi.

    3. Kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Kumitat Permanenti b'dawk l-ispeċje li jirċievu protezzjoni sħiħa fit-territorju tagħha u li ma humiex inklużi fl-Appendiċi I u II.

    Artikolu 12

    Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jadottaw miżuri aktar stretti għall-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ferjali u ta' l-abitati naturali tagħhom minn dawk li hemm provvediment dwarhom f'din il-Konvenzjoni.

    IL-KAPITOLU VI

    Kumitat Permanenti

    Artikolu 13

    1. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, għandu jkun stabbilit Kumitat Permanenti.

    2. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista tkun irrapreżentata fuq il-Kumitat Permanenti b'wieħed jew aktar delegati. Kull delegazzjoni għandha jkollha vot wieħed. Fi ħdan l-oqsma tal-kompetenza tagħha, il-Komunità Ekonomika Ewropea għandha teżerċita d-dritt tal-vot bin-numru ta' voti egwali man-numru tal-Istati Membri tagħha li huma Partijiet Kontraenti ma din il-Konvenzjoni; il-Komunità Ekonomika Ewropea m'għandhiex teżerċita d-dritt tal-vot tagħha f'dawk il-każi meta l-Istati Membri kkonċernati jkunu eżerċitaw il-vot tagħhom, u vice versa.

    3. Kwalunkwe Stat Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li ma hux Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni jista jkun irrapreżentat fuq il-Kumitat bħala osservatur.

    Il-Kumitat Permanenti jista, b'deċiżjoni unanima, jistieden Stat li mhux membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa u li ma hux Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni sabiex ikun irrappreżentat minn osservatur f'wieħed jew aktar tal-laqgħat tiegħu.

    Kwalunkwe korp jew aġenzija teknikament kwalifikata fil-protezzjoni, il-konservazzjoni jew l-amministrazzjoni tal-fawna u l-flora ferjali u l-abitati tagħhom, u li jappartjenu għal waħda minn dawn il-kategorijiet li ġejjin:

    (a) aġenziji jew korpi internazzjonali, jew governamentali inkella mhux-governamentali, u l-aġenziji u l-korpi governamentali nazzjonali;

    (b) l-aġenziji u l-korpi mhux-governamentali nazzjonali li jkunu ġew approvati għal dan l-iskop mill-Istat li fih huma lokalizzati,

    jistgħu jinformaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, mill-anqas tliet xhur qabel il-laqgħa tal-Kumitat, bix-xewqa tagħhom li jkunu rrappreżentati f'dik il-laqgħa minn osservaturi. Dawn għandhom ikunu ammessi sakemm, mill-anqas xahar qabel il-laqgħa, terz tal-Partijiet Kontraenti jkunu nformaw lis-Segretarju Ġenerali bl-oġġezzjoni tagħhom.

    4. Il-Kumitat Permanenti għandu jkun imsejjaħ mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa. L-ewwel laqgħa tiegħu għandha tinżamm fi żmien sena waħda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni. Sussegwentament dan għandu jiltaqa' mill-anqas darba kull sentejn u kull meta maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti hekk titlob.

    5. Maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti għandha tifforma quorum għaż-żamma tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti.

    6. Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, il-Kumitat Permanenti għandu jħejji ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

    Artikolu 14

    1. Il-Kumitat Permanenti għandu jkun responsabbli sabiex isegwi l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni. Partikolarment huwa jista:

    - iżomm taħt reviżjoni id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, inklużi l-Appendiċi tagħha, u jeżamina kwalunkwe modifiki meħtieġa,

    - jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet lejn il-Partijiet Kontraenti li jikkonċernaw il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni,

    - jirrakkomanda l-miżuri xierqa sabiex il-pubbliku jinżamm informat dwar l-attivitajiet impenjati minnu fi ħdan il-qafas ta' din il-Konvenzjoni.

    - jagħmel rakkommandazzjonijiet lejn il-Kumitat tal-Ministri rigward Stati mhux-membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex dawn ikunu mistiedna li jissieħbu f'din il-Konvenzjoni.

    - li jagħmel kwalunkwe proposta għat-titjib ta' l-effettività ta' din il-Konvenzjoni, inklużi proposti għall-konklużjoni, ma' l-Istati li ma humiex Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, ta' ftehim li jkunu jsaħħu il-konservazzjoni effettiva tal-ispeċje jew ta' gruppi ta' speċje.

    2. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Kumitat Permanenti jista, bl-inizjattiva tiegħu stess, jirranġa għall-laqgħat ta' gruppi ta' esperti.

    Artikolu 15

    Wara kull laqgħa, il-Kumitat Permanenti għandhu jwassal għand il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, rapport dwar ix-xogħol tiegħu u dwar il-funzjonijiet tal-Konvenzjoni.

    IL-KAPITOLU VII

    Emendi

    Artikolu 16

    1. Kwalunkwe emenda għall-Artikoli ta' din il-Konvenzjoni, proponuta minn Parti Kontraenti jew mill-Kumitat tal-Ministri, għandha tkun ikkomunikata lejn is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa u mgħoddija minnu mill-anqas xharejn qabel il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti lejn l-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lejn kull firmatarju, lejn kull Parti Kontraenti, lejn kull Stat mistieden sabiex jiffirma din il-Konvenzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 u lejn kull Stat mistieden li jintrabat magħha b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20.

    2. Kwalunkwe emenda kif ippropomuta skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti għandha tkun eżaminata mill-Kumitat Permanenti li għandu:

    (a) għall-emendi ta' l-Artikoli 1 sa 12, jippreżenta t-test adottat b'maġġoranza ta' tlieta minn erba' tal-voti mitfuha, lejn il-Partijiet Kontraenti għall-aċċettazzjoni;

    (b) għall-emendi ta' l-Artikoli 13 sa 24, jippreżenta t-test adottat b'maġġoranza ta' tlieta minn erba' tal-voti mitfuha, lejn il-Kumitat tal-Ministri għall-approvazzjoni.

    Wara l-approvazzjoni, dan it-test għandhu jkun mgħoddi lejn il-Partijiet Kontraenti għall-aċċettazzjoni.

    3. Kwalunkwe emenda għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum wara li l-Partijiet Kontraenti kollha jkunu informaw lis-Segretarju Ġenerali li huma jkunu aċċettawha.

    4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 (a) u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu applikabbli għall-Appendiċi ġodda ta' din il-Konvenzjoni.

    Artikolu 17

    1. Kwalunkwe emenda għall-Appendiċi ta' din il-Konvenzjoni, proponuta minn Parti Kontraenti jew mill-Kumitat tal-Ministri, għandha tkun ikkomunikata lejn is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa u mgħoddija minnu mill-anqas xharejn qabel il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti lejn l-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lejn kull firmatarju, lejn kull Parti Kontraenti, lejn kull Stat mistieden sabiex jiffirma din il-Konvenzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 u lejn kull Stat mistieden li jintrabat magħha b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20.

    2. Kwalunkwe emenda kif ipproponuta skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti għandha tkun eżaminata mill-Kumitat Permanenti, li jista jadottha b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti. It-test adottat għandhu jkun imwassal lill-Partijiet Kontraenti.

    3. Tliet xhur wara l-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Permanenti u sakemm terz tal-Partijiet Kontraenti ma jkunux innotifikaw xi oġġezzjonijiet, kwalunkwe emenda għandha tidħol fis-seħħ għal dawk il-Partijiet Kontraenti li ma jkunux innotifikaw oġġezzjonijiet.

    IL-KAPITOLU VIII

    Twettieq ta' kwistjonijiet

    Artikolu 18

    1. Il-Kumitat Permanenti għandu jutilizza l-aħjar sforzi tiegħu ħalli jiffaċilita twettieq amikevoli ta' xi diffikultà li l-eżekuzzjoni ta' din il-Konvenzjoni tista tinħoloq.

    2. Kwalunkwe kwistjoni bejn il-Partijiet Kontraenti li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni li ma tkunx twettqet fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti jew b'negozjati bejn il-partijiet ikkonċernati għandha, sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, tkun ippreżentata, fuq it-talba ta' wieħed minnhom, lejn l-arbitraġġ. Kull parti għandha tinnomina arbitratur u ż-żewġ arbitraturi għandhom jinnominaw it-tielet arbitratur. Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jekk waħda mill-partijiet ma tkunx innominat l-arbitratur tagħha fi żmien tliet xhur wara t-talba għall-arbitrazzjoni, dan għandu jkun innominat fuq it-talba tal-parti l-oħra mill-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani fi żmien perjodu ieħor ta' tliet xhur. L-istess proċedura għandha tkun osservata jekk l-arbitraturi ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-għażla tat-tielet abritratur fi żmien tliet xhur min-nomina ta' l-ewwel żewġ arbitraturi.

    3. Fil-każ ta' kwistjoni bejn żewġ Partijiet Kontraenti li wieħed minnhom huwa Stat Membru tal-Komunità Ekonomika Ewropea, dan ta' l-aħħar li jkun huwa nnifsu Parti Kontraenti, il-Parti Kontraenti l-oħra għandha tindirizza t-talba tagħha għall-arbitraġġ kemm lill-Istat Membru u wkoll lejn il-Komunità; li b'mod konġunt għandhom jinnotifikawha, fi żmien xharejn mill-wassla tat-talba, jekk l-Istat Membru jew il-Komunità, jew l-Istat Membru u l-Komunità b'mod konġunt, għandhomx ikunu parti tal-kwistjoni. Fin-nuqqas ta' notifika tali fl-imsemmi limitu ta' żmien, l-Istati Membri u l-Komunità għandhom ikunu meqjusa bħala li huma ħaġa waħda u l-istess parti tal-kwistjoni għall-iskop ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-proċedura tat-tribunal ta' l-arbitraġġ. L-istess għandu jkun applikabbli meta l-Istat Membru u l-Komunità konġunti jippreżentaw lilhom infushom bħala parti tal-kwistjoni.

    4. It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jfassal ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom jittieħdu bil-vot tal-maġġoranza. L-għotja għandha tkun finali u li torbot.

    5. Kull parti għall-kwistjoni għandu jġorr l-ispejjeż ta' l-arbitratur innominat minnu u l-partijiet għandhom jaqsmu egwalment l-ispejjes tat-tielet arbitratur, kif ukoll l-ispejjeż l-oħrajn involuti mill-arbitraġġ.

    IL-KAPITOLU IX

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 19

    1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħha għal firma mill-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa u mill-Istati li ma humiex membri li jkunu pparteċipaw fl-elaborazzjoni tagħha fil-Komunità Ekonomika Ewropea.

    Sad-data ta' meta din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, din hija miftuħha wkoll għall-firma minn xi Stat ieħor hekk mistieden mill-Kumitat tal-Ministri.

    Din il-Konvenzjoni hija suġġetta għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

    2. Din l-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar li jsegwi l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur minn wara d-data li fiha ħames Stati, inklużi mill-anqas erba' Stati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, jkunu iddikjaraw il-kunsens tagħhom li jkunu marbuta bil-Konvenzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti.

    3. Fir-rigward ta' xi Stat firmatarju jew tal-Komunità Ekonomika Ewropea li sussegwentament jiddikjaraw l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta bih, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar li jsegwi l-iskadenza ta' perjodu ta' tliet xhur wara d-data tad-depositu ta' l-istrument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni.

    Artikolu 20

    1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, wara li jkun ikkonsulta lill-Partijiet Kontraenti, jista jistieden li jaċċedi mal-Konvenzjoni ta' xi Stat li mhux membru tal-Kunsill li, mistieden li jiffirma b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19, ikun għandu m'għamilx hekk, u kwalunkwe Stat ieħor li mhux membru.

    2. Fir-rigward ta' xi stat li jaċċedi magħha, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-iskadenza ta' perjodu ta' tliet xhur wara d-data tad-depożitu ta' l-istrument ta' adeżjoni, mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

    Artikolu 21

    1. Kwalunkwe Stat jista, fil-waqt tal-firma jew ta' meta jiddepożita l-istrumenti tiegħu tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni, ta' l-approvazzjoni jew ta' l-adeżjoni, jispeċifika it-territorju jew it-territorji li dwarhom din il-Konvenzjoni għandha tkun applikabbli.

    2. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista, meta tiddepożita l-istrument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew ta' l-adeżjoni, jew f'data aktar tard, b'dikjarazzjoni indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, jestendi l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni għal xi territorju ieħor speċifikat fid-dikjarazzjoni u li r-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom huma r-responsabbilità tiegħu jew li f'ismu jkun awtorizzat li jgħati mpenji.

    3. Xi dikjarazzjoni magħmulha bis-saħħa tal-paragrafu preċedenti tista, fir-rigward ta' xi territorju msemmi f'dikjarazzjoni bħal dik, tkun irtirata permezz ta' notifika indirizzata lis-Segretarju Ġenerali. Irtirar tali għandu jsir effettiv fl-ewwel jum tax-xhar li jsegwi l-iskadenza ta' perjodu ta' sitt xhur wara d-data tal-wasla tan-notifika għand is-Segretarju Ġenerali.

    Artikolu 22

    1. Kwalunkwe Stat jista, fil-waqt tal-firma jew ta' meta jiddepożita l-istrument tiegħu tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, jagħmel waħda jew aktar riservi rigward ċerti speċji speċifikati fl-Appendiċi I sa III u/jew, għal ċerti speċje msemmija fir-riserva jew fir-riservi, rigward ċerti mezzi jew metodi tal-qatla, il-qabda u l-esplojtazzjoni l-oħrajn elenkati fl-Appendiċi IV. L-ebda riservi ta' natura ġenerali ma jistgħu isiru.

    2. Kwalunkwe Parti Kontraenti li testendi l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni lejn territorju msemmi fid-dikjarazzjoni referuta fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 21 tista, fir-rigward tat-territorju kkonċernat, li tagħmel waħda jew aktar riservi bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti.

    3. L-ebda riserva oħra ma tista ssir.

    4. Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun għamlet riserva permezz tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu tista kompletament jew parzjalment tirtira din ir-riserva b'notifika indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Irtirar tali għandu jkollu effett mid-data tal-wasla tan-notifika għand is-Segretarju Ġenerali.

    Artikolu 23

    1. Kwalunkwe Parti Kontraeneti tista, fi kwalunkwe waqt, tiddenunzja minn din il-Konvenzjoni permezz ta' notifika indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

    2. Denunzja tali għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xhar li jsegwi l-iskadenza ta' perjodu ta' sitt xhur wara d-data tal-wasla tan-notifika għand is-Segretarju Ġenerali.

    Artikolu 24

    Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jinnotifika lill-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa u xi firmatarji oħrajn, il-Komunità Ekonomika Ewropea jekk hija firmatarju ta' din il-Konvenzjoni u minn xi Parti Kontraenti bi:

    (a) kwalunkwe firma;

    (b) id-depożitu ta' xi strument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni;

    (ċ) b'xi data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, b'konformità ma l-Artikoli 19 u 20;

    (d) xi informazzjoni mwassla permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 13;

    (e) xi rapport stabbilit permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15;

    (f) xi emenda jew Appendiċi ġdid adottat b'konformità ma l-Artikoli 16 u 17 u d-data li fiha l-emenda jew l-Appendiċi l-ġdida tidħol fis-seħħ;

    (g) xi dikjarazzjoni magħmulha permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 21;

    (h) xi riserva magħmulha permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 22;

    (i) l-irtirar ta' xi riserva mwettaq permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 22;

    (j) xi notifika magħmulha permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 u d-data li fiha d-denunzja tkun saret effettiva.

    B'xhieda ta' dan, ahna li hawn taħt sottoskritti, awtorizzati kif meħtieġ dwar dan, iffirmajna din il-Konvenzjoni.

    Magħmulha f'Berna, dan id-19 ta' Settembru 1979, fil-lingwi Ingliż u Franċiż, iż-żewġ testi huma egwalment awtentiċi, f'kopja waħda li għandha tkun iddepożitata fl-arkivji tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jittrasmetti kopji ċertifikati lejn kull Stat Membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lejn xi Stat firmatarju, lejn il-Komunità Ekonomika Ewropea jekk firmatarja, u lejn xi Stat mistieden li jiffirma din il-Konvenzjoni jew li jaċċedi magħha.

    --------------------------------------------------

    APPENDIĊI I

    SPEĊJE TA' FLORA STRETTAMENT PROTETTI

    PTERIDOPHYTA

    ASPIDIACEAE

    Diplazium caudatum (Cav.) Jermy

    PTERIDACEAE

    Pteris serrulata Forssk.

    GYMNOSPERMAE

    PINACEAE

    Abies nebrodensis (Lojac.) Mattei

    ANGIOSPERMAE

    ALISMATACEAE

    Alisma wahlenbergii (O. R. Holmberg) Juzepczuk

    BERBERIDACEAE

    Gymnospermium altaicum (Pallas) Spach

    BORAGINACEAE

    Anchusa crispa Viv.

    Myosotis rehsteineri Wartm.

    Omphelodes littoralis Lehm.

    Onosma caespitosum Kotschy

    Onosma troodi Kotschy

    Solenanthus albanicus (Degen et al.) Degen & Baldacci

    Symphytum cycladense Pawl.

    CAMPANULACEAE

    Campanula sabatia De Not.

    CARYOPHYLLACEAE

    Arenaria lithops Heywood ex McNeill

    Gypsophila papillosa P. Porta

    Loeflingia tavaresiana G. Samp.

    Silene orphanidis Boiss.

    Silene rothmaleri Pinto de Silva

    Silene velutina Pourret ex Loisel.

    CHENOPODIACEAE

    Kochia saxicola Guss.

    Salicornia veneta Pignatti & Lausi

    CISTACEAE

    Tuberaria major (Willk.) Pinto da Silva

    COMPOSITAE

    Anacyclus alboranensis Esteve Chueca & Varo

    Anthemis glaberrima (Rech. f.) Greuter

    Artemisia grantensis Boiss.

    Artemisia laciniata Willd.

    Aster pyrenaeus Desf. ex DC.

    Aster sibiricus L.

    Centaurea balearica J. D. Rodriguez

    Centaurea heldreichii Halácsy

    Centaurea horrida Badaro

    Centaurea kalambakensis Freyn & Sint.

    Centaurea lactiflora Halácsy

    Centaurea linaresii Lazaro

    Centaurea megarensis Halácsy & Hayek

    Centaurea niederi Heldr.

    Centaurea peucedanifolia Boiss. & Orph

    Centaurea princeps Boiss. & Heldr.

    Crepis crocifolia Boiss. & Heldr.

    Lamyropsis microcephala (Moris) Dittrich & Greuter

    Leontodon siculus (Guss.) Finch & Sell

    Logfia neglecta (Soy.-Will.) Holub

    Senecio alboranicus Maire

    CONVOLVULACEAE

    Convolvulus argyrothamnos Greuter

    CRUCIFERAE

    Alyssum akamasicum B. L. Burtt

    Alyssum fastigiatum Heywood

    Arabis kennedyae Meikle

    Biscutella neustriaca Bonnet

    Brassica hilarionis Post

    Brassica macrocarpa Guss.

    Braya purpurascens (R. Br.) Bunge

    Coronopus navasii Pau

    Diplotaxis siettiana Maire

    Enarthrocarpus pterocarpus DC.

    Hutera rupestris P. Porta

    Iberis arbuscula Runemark

    Inopsidium acaule (Desf.) Reichenb.

    Ptilotrichum pyrenaicum (Lapeyr.) Boiss.

    Rhynchosinapis johnstonii (G. Samp.) Heywood

    Sisymbrium matritense P. W. Ball & Heywood

    EUTHORBIACEAE

    Euphorbia ruscinonensis Boiss.

    GRAMINEAE

    Stipa bavarica Martinovsky & H. Scholz

    GROSSULARIACEAE

    Ribes sardoum Martelli

    HYPERICACEAE

    Hypericum aciferum (Greuter) N. K. B. Robson

    IRIDACEAE

    Crocus cyprius Boiss. & Kotschy

    Crocus hartmannianus Holmboe

    LABIATAE

    Amaracus cordifolium Montr. & Auch.

    Micromeria taygetea P. H. Davis

    Nepeta sphaciotica P. H. Davis

    Phlomis brevibracteata Turrill

    Phlomis cypria Post

    Salvia crassifolia Sibth. & Smith

    Sideritis cypria Post

    Thymus camphoratus Hoffmanns. & Link

    Thymus carnosus Boiss.

    Thymus cephalotos L.

    LEGUMINOSAE

    Astragalus algarbiensis Coss. ex Bunge

    Astragalus aquilinus Anzalone

    Astragalus maritimus Moris

    Astragalus verrucosus Moris

    Cytisus aeolicus Guss. ex Lindl.

    Ononis maweana Ball

    Oxytropis deflexa (Pallas) DC.

    LENTIBULARIACEAE

    Pinguicula crystallica Sibth. & Smith

    LILIACEAE

    Androcymbium rechingeri Greuter

    Chionodoxa lochiae Meikle

    Muscari gussonei (Parl.) Tod.

    Scilla morrisii Meikle

    ORCHIDACEAE

    Ophrys kotschyi Fleischm. & Soó

    PAPAVERACEAE

    Rupicapnos africana (Lam.) Pomel

    PLUMBAGINACEAE

    Armeria rouyana Daveau

    Limonium paradoxum Pugsley

    Limonium recurvum C. E. Salmon

    POLYGONACEAE

    Rheum rhaponticum L.

    PRIMULACEAE

    Primula apennina Widmer

    Primula egaliksensis Wormsk.

    RANUNCULACEAE

    Aquilegia cazorlensis Heywood

    Aquilegia kitaibelii Schott

    Consolida samia P. H. Davis

    Delphinium caseyi B. L. Burtt

    Ranunculus kykkvënsis Meikle

    Ranunculus weyleri Mares

    RUBIACEAE

    Galium litorale Guss.

    SCROPHULARIACEAE

    Antirrbinum charidemi Lange

    Euphrasia marchesettii Wettst. ex Marches.

    Linaria algarviana Chav.

    Linaria ficalhoana Rouy

    SELAGINACEAE

    Globularia stygia Orph. ex Boiss.

    SOLANACEAE

    Atropa baetica Willk.

    THYMELAEACEAE

    Daphne rodriguezii Texidor

    UMBELLIFERAE

    Angelica heterocarpa Lloyd

    Angelica palustris (Besser) Hoffman

    Bupleurum kakiskalae Greuter

    Ferula cypria Post

    Laserpitium longiradium Boiss.

    Oenanthe conioides Lange

    VALERIANACEAE

    Valeriana longiflora Willk.

    VIOLACEAE

    Viola hispida I am.

    Viola jaubertiana Mares & Vigineix

    --------------------------------------------------

    APPENDIĊI II

    SPEĊJE TA' FAWNA STRETTAMENT PROTETTI

    MAMMALI

    INSECTIVORA

    Talpidae

    Desmana pyrenaica (Galemys pyrenaicus)

    MICROCHIROPTERA

    L-ispeċje kollha ħlief

    Pipistrellus pipistrellus

    RODENTIA

    Sciuridae

    Citellus citellus

    Cricetidae

    Cricetus cricetus

    Hystricidae

    Hystrix cristata

    CARNIVORA

    Canidae

    Canis lupus

    Alope lagopus

    Ursidae

    L-ispeċje kollha

    Mustelidae

    Lutreola (Mustela) lutreola

    Lutra lutra

    Gulo gulo

    Felidae

    Lynx pardina

    Panthera pardus

    Panthera tigris

    Odobenidae

    Odobenus rosmarus

    Phocidae

    Monachus monachus

    ARTIODACTYLA

    Bovidae

    Capra aegagrus

    Rupicapra rupicapra ornata

    Ovibos moschatus

    ODONTOCETI

    Delphinidae

    Delphinus delphis

    Tursiops truncatus

    Phocaenidae

    Phocaena phocaena

    MYSTACOCETI

    Balaenopteridae

    Sibbaldus (Balaenoptera) musculus

    Megaptera novaengliae (longimana, nodosa)

    Balaenidae

    Eubalaena glacialis

    Balaena mysticetus

    GĦASAFAR

    GAVIIFORMES

    Gaviidae

    L-ispeċje kollha

    PODICIPEDIFORMES

    Podicipedidae

    Podiceps griseigena

    Podiceps auritus

    Podiceps nigricollis

    Podiceps ruficollis

    PROCELLARIIFORMES

    Hydrobatidae

    L-ispeċje kollha

    Procellariidae

    Puffinus puffinus

    Procellaria diomedea

    PELECANIFORMES

    Phalacrocoracidae

    Phalocrocorax pygmaeus

    Pelecanidae

    L-ispeċje kollha

    CICONIIFORMES

    Ardeidae

    Ardea purpurea

    Casmerodius albus

    Egretta garzetta

    Ardeola ralloides

    Bubulcus (Ardeola) ibis

    Nycticorax nycticorax

    Ixobrychus minutus

    Botaurus stellaris

    Ciconiidae

    L-ispeċje kollha

    Threskiornithidae

    L-ispeċje kollha

    Phoenicopteridae

    Phoenicopterus ruber

    ANSERIFORMES

    Anatidae

    Cygnus cygnus

    Cygnus bewickii

    Anser erythropus

    Branta leucopsis

    Branta ruficollis

    Tadorna tadorna

    Tadorna ferruginea

    Marmaronetta (Anas) angustirostris

    Somateria spectabilis

    Polysticta stelleri

    Histrionicus histrionicus

    Bucephala islandica

    Mergus albellus

    Oxyura leucocephala

    FALCONIFORMES

    L-ispeċje kollha

    GRUIFORMES

    Turnicidae

    Turnix sylvatica

    Gruidae

    L-ispeċje kollha

    Rallidae

    Porzana porzana

    Porzana pusilla

    Porzana parva

    Crex crex

    Porphyrio porphyrio

    Fulica cristata

    Otitidae

    L-ispeċje kollha

    CHARADRIIFORMES

    Charadriidae

    Hoplopterus spinosus

    Charadrius histicula

    Charadrius dubius

    Charadrius alexandrinus

    Charadrius leschenaulti

    Eudromias morinellus

    Arenaria interpres

    Scolopacidae

    Callinago media

    Numenius tenuirostris

    Tringa stagnatilis

    Tringa ochropus

    Tringa glareola

    Tringa hypoleucos

    Tringa cinerea

    Calidris minuta

    Calidris temminckii

    Calidris maritima

    Calidris alpina

    Calidris ferruginea

    Calidris alba

    Limicola falcinellus

    Recurvirostridae

    L-ispeċje kollha

    Phalaropodidae

    L-ispeċje kollha

    Burhinidae

    Burhinus oedicnemus

    Glareolidae

    L-ispeċje kollha

    Laridae

    Pagophila eburnea

    Larus audouinii

    Larus melanocephalus

    Larus genei

    Larus minutus

    Larus sabini

    Chlidonias niger

    Chlidonias leucopterus

    Chlidonias hybrida

    Gelochelidon nilotica

    Hydroprogne caspia

    Sterna hirundo

    Sterna paradisaea (macrura)

    Sterna dougallii

    Sterna albifrons

    Sternasandvicensis

    COLUMBIFORMES

    Pteroclididae

    L-ispeċje kollha

    CUCULIFORMES

    Cuculidae

    Clamator glandarius

    STRIGIFORMES

    L-ispeċje kollha

    CAPRIMULGIFORMES

    Caprimulgidae

    L-ispeċje kollha

    APODIFORMES

    Apodidae

    Apus pallidus

    Apus melba

    Apus caffer

    CORACIIFORMES

    Alcedinidae

    Alcedo atthis

    Meropidae

    Merops apiaster

    Coraciidae

    Coracias garrulus

    Upopidae

    Upopa epops

    PICIFORMES

    L-ispeċje kollha

    PASSERIFORMES

    Alaudidae

    Calandrella brachydactyla

    Calandrella rufescens

    Melanocorypha calandra

    Melanocorypha leucoptera

    Melanocorypha yeltoniensis

    Galerida theklae

    Ermophila alpestris

    Hirundinidae

    L-ispeċje kollha

    Motacillidae

    L-ispeċje kollha

    Laniidae

    L-ispeċje kollha

    Bombycillidae

    Bombycilla garrulus

    Cinclidae

    Cinclus cinclus

    Troglodytidae

    Troglodytes troglodytes

    Prunellidae

    L-ispeċje kollha

    Muscicapidae

    Turdinae

    Saxicola rubetra

    Saxicola torquata

    Oenanthe oenanthe

    Oenanthe pleschanka

    Oenanthe hispanica

    Oenanthe isabellina

    Oenanthe leucura

    Cercotrichas galactotes

    Monticola saxatilis

    Monticola solitarius

    Phoenicurus ochruros

    Phoenicurus phoenicurus

    Erithacus rubecula

    Luscinia megarhynchos

    Luscinia luscinia

    Luscinia (Cyanosylvia) svecica

    Tarsiger cyanurus

    Sylviinae

    L-ispeċje kollha

    Regulinae

    L-ispeċje kollha

    Muscicapinae

    L-ispeċje kollha

    Timaliinae

    Panurus biarmicus

    Paridae

    L-ispeċje kollha

    Sittidae

    L-ispeċje kollha

    Certhiidae

    L-ispeċje kollha

    Emberizidae

    Emberiza citrinella

    Emberiza leucocephala

    Emberiza cirlus

    Emberiza cineracea

    Emberiza caesia

    Emberiza cia

    Emberiza schoeniclus

    Emberiza melanocephala

    Emberiza aureola

    Emberiza pusilla

    Emberiza rustica

    Plectrophenax nivalis

    Calcarius lapponicus

    Fringillidae

    Carduelis chloris

    Carduelis carduelis

    Carduelis spinus

    Carduelis flavirostris

    Carduelis cannabina

    Carduelis flammea

    Carduelis hornemanni

    Serinus citrinella

    Serinus serinus

    Loxia curvirostra

    Loxia pityopsittacus

    Loxia leucoptera

    Pinicola enucleator

    Carpodacus erythrinus

    Rhodopechys githaginea

    Coccothraustes coccothraustes

    Ploceidae

    Petronia petronia

    Montrifringilla nivalis

    Sturnidae

    Sturnus unicolor

    Sturnus roseus

    Oriolidae

    Oriolus oriolus

    Corvidae

    Perisoreus infaustus

    Cyanopica cyanus

    Nucifraga caryocatactis

    Pyrrhocorax pyrrhocorax

    Pyrrhocorax graculus

    AMFIBI

    CAUDATA

    Salamandridae

    Salamandrina terdigitata

    Salamandra (Mertensiella) luschani

    Chioglossa lusitanica

    Triturus cristatus

    Proteidae

    Proteus anguinus

    ANURA

    Discoglossidae

    Bombina variegata

    Bombina bombina

    Alytes obstetricans

    Alytes cisternasii

    Pelobatidae

    Pelobates cultripes

    Pelobates fuscus

    Bufonidae

    Bufo calamita

    Bufo viridis

    Hylidae

    Hyla arborea

    Ranidae

    Rana arvalis

    Rana dalmatina

    Rana latastei

    RETTILI

    TESTUDINES

    Testudinidae

    Testudo hermanni

    Testudo graeca

    Testudo marginata

    Emydidae

    Emys orbicularis

    Mauremys caspica

    Dermochelyidae

    Dermochelys coriacea

    Cheloniidae

    Caretta caretta

    Lepidochelys kempii

    Chelopis mydas

    Eretmochelys imbricata

    SAURIA

    Gekkonidae

    Cyrtodactylus kotschyi

    Chalaeleontidae

    Chamaeleo chamaeleon

    Lacertidae

    Algyroides marchi

    Lacerta lepida

    Lacerta parva

    Lacerta simonyi

    Lacerta princeps

    Lacerta viridis

    Podarcis muralis

    Podarcis lilfordi

    Podarcis sicula

    Podarcis filfolensis

    Scincidae

    Ablepharus kitaibelii

    OPHIDIA

    Colubridae

    Coluber hippocrepis

    Elaphe situla

    Elaphe quatuorlineata

    Elaphe longissima

    Coronella austriaca

    Viperidae

    Vipera ursinii

    Vipera latasti

    Vipera animodytes

    Vipera xanthina

    Vipera lebetina

    Vipera kaznakovi

    --------------------------------------------------

    APPENDIĊI III

    SPEĊJE TA' FAWNA PROTETTI

    MAMMALI

    INSECTIVORA

    Erinaceidae

    Erinaceus europaeus

    Soricidae

    L-ispeċje kollha

    MICROCHIROPTERA

    Vespertilionidae

    Pipistrellus pipistrellus

    DUPLICIDENTATA

    Leporidae

    Lepus timidus

    Lepus capensis (europaeus)

    RODENTIA

    Sciuridae

    Sciurus vulgaris

    Marmota marmota

    Castoridae

    Castor fiber

    Gliridae

    L-ispeċje kollha

    Microtidae

    Microtus ratticeps (oeconomus)

    Microtus nivalis (lebrunii)

    CETACEA

    L-ispeċje kollha mhux msemmija fl-Appendiċi II

    CARNIVORA

    Mustelidae

    Meles meles

    Mustela erminea

    Mustela nivalis

    Putorius (Mustela) putorius

    Martes martes

    Martes foina

    Viverridae

    L-ispeċje kollha

    Felidae

    Felis catus (silvestris)

    Lynx lynx

    Phocidae

    Phoca vitulina

    Pusa (Phoca) hispida

    Pagophilus groenlandicus (Phoca groenlandica)

    Erignathus barbatus

    Halichoerus grypus

    Cystophora cristata

    ARTIODACTYLA

    Suidae

    Sus scrofa meridionalis

    Cervidae

    L-ispeċje kollha

    Bovidae

    Ovis aries (musimon, ammon)

    Capra ibex

    Capra pyrenaica

    Rupicapra rupicapra

    GĦASAFAR

    L-ispeċje kollha mhux inklużi fl-Appendiċi II bl-eċċezzjoni ta':

    Larus marinus

    Larus fuscus

    Larus argentatus

    Columba palumbus

    Paser domesticus

    Sturnus vulgaris

    Garrulus glandarius

    Pica pica

    Corvus monedula

    Corvus frugilegus

    Corvus corone (corone et cornix)

    AMFIBI

    L-ispeċje kollha mhux inklużi fl-Appendiċi II

    RETTILI

    L-ispeċje kollha mhux inklużi fl-Appendiċi II

    --------------------------------------------------

    APPENDIĊI IV

    MEZZI U METODI IPPROJBITI TAL-QATLA, L-QABDA U L-GĦAMLIET L-OĦRAJN TA' L-ESPLOJTAZZJONI

    MAMMALI

    Nases

    Annimali ħajjin użati bħala ħajjara li huma għomja jew immankati

    Tape recorders

    Apparati elletriċi kapaċi li joqtlu jew li jistordu

    Sorsi artifiċjali tad-dawl

    Mirja u apparati oħrajn li jgħammxu

    Apparati għall-illuminazzjoni tal-mira

    Apparati għal ħarsien waqt l-isparar ta' matul il-lejl li jikkonsistu minn tkabbir elettroniku tal-mira jew konvertur tal-mira

    Espossivi [1]

    Xbieki [2]

    Nases [3]

    Velenu u lixka bil-velenu jew bil-loppju

    Użu tal-gassijiet jew tad-duħħan

    Armi semi-awtomatiċi jew awtomatiċi b'magażżin kapaċi li jżommu aktar minn żewġ sktrateċ bħala munizjon

    Ajruplani

    Vetturi bil-magna waqt is-sewqan

    GĦASAFAR

    Nases [4]

    Xkomp

    Snanar

    Għasafar ħajjin użati bħala ħajjara li huma għomja jew immankati

    Tape recorders

    Apparati elletriċi kapaċi li joqtlu jew li jistordu

    Sorsi artifiċjali tad-dawl

    Mirja u apparati oħrajn li jgħammxu

    Apparati għall-illuminazzjoni tal-mira

    Apparati għal ħarsien waqt l-isparar ta' matul il-lejl li jikkonsistu minn tkabbir elettroniku tal-mira jew konvertur tal-mira

    Splussivi

    Xbieki

    Nases

    Velenu u lixka bil-velenu jew bil-loppju

    Armi semi-awtomatiċi jew awtomatiċi b'magażżin kapaċi li jżommu aktar minn żewġ sktrateċ bħala munizjon

    Ajruplani

    Vetturi bil-magna waqt is-sewqan

    [1] Apparti milli għall-kaċċa tal-balieni.

    [2] Jekk applikati fuq skala kbira jew għall-qabda jew il-qatla mhux selettiva.

    [3] Jekk applikati fuq skala kbira jew għall-qabda jew il-qatla mhux selettiva.

    [4] Apparti milli Lagopus fit-tramuntana tal-latitudni 58oN.

    --------------------------------------------------

    Top